March Avery (m.1932, New York) hija bint l-artisti Milton Avery u Sally Michel. Bdiet tpitter mindu kienet tifla. Trabbiet fi ċrieki artistiċi u minn dejjem kienet taf li se ssir pittura. Madankollu, fuq parir tal-ġenituri tagħha, hija evitat it-taħriġ formali, u studjat il-filosofija u mhux l-arti fil-Kulleġġ Barnard ta’ New York. Hija ggradwat minn dan il-kulleġġ fl-1954. Fl-istess sena żżewġet lill-akkademiku u fotografu, Philip G. Cavanaugh, u fl-1969 wildet lil Sean Avery Cavanaugh, li huwa wkoll artist ta’ success.
Avery kompliet tpitter ħajjitha kollha. L-ewwel wirja individwali tagħha kienet fl-1957 fil-Waverly Gallery fi New York. Mill-1962 ’il hawn, xogħolha ġie inkluż f’ħafna wirjiet tal-familja, bl-aktar waħda riċenti tkun Summer with the Averys [Milton/Sally/March], fil-Bruce Museum, f’Connecticut, li hja retrospettiva innovattiva tat-tliet artisti.
Mill-2019 ’il hawn, il-wiri internazzjonali tax-xogħlijiet ta’ Avery iffjorixxa, b’wirjiet f’Londra, Tokjo, Zurich, u issa l-Furjana. Fl-2025, ġie ppubblikat il-monografu komprensiv, March Avery: A Life in Color f’Londra mill-Black Dog Press.
Issa ilha stabbilita bħala artista, u sa ftit ilu, żammet it-tradizzjoni tal-familja li taqsam is-sena billi tqatta’ xhur taħdem biż-żjut fl-istudio tagħha fi New York, waqt li tqatta’ s-sajf tpitter bl-akkwarelli u tivvjaġġa barra l-belt fi nħawi bħama huma l-Muntanji Catskill, Cape Cod, Franza, il-Greċja, it-Turkija, l-Eġittu, it-Tuneżija, il-Ġordan, il-Belġju, l-Irlanda, u l-Italja.
Ix-xogħol ta’ March Avery huwa rrappreżentat f’kollezzjonijiet pubbliċi fosthom fi Brooklyn Museum; Bryn Mawr College; The Farnsworth Art Museum; Newark Museum of Art; New Britain Museum of American Art; Pennsylvania Academy of the Fine Arts; Philadelphia Museum of Art; Vanderbilt University; u Woodstock Artists Association & Museum.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023