Manthia Diawara

17 ta' Settembru 2019

Manthia Diawara twieled il-Mali, fl-Afrika tal-Punent. Huwa wieħed mill-Professuri distinti tal-Letteratura Komparattiva u l-Films fl-Università ta’ New York. Diawara rċieva l-edukazzjoni tiegħu f’Guinea-Conakry, Bamako (fil-Mali), qabel ma emigra lejn l-Istati Uniti biex ikompli l-istudji tiegħu. Manthia Diawara huwa kittieb prolifiku u produttur tal-films. Il-kitbiet tiegħu dwar l-arti, iċ-ċinema u l-politika dehru f’The New York Times Magazine, LA Times, Libération, Mediapart u Artforum. Huwa l-awtur ta’ żewġ memoirs magħrufa: In Search of Africa (Harvard University Press, 2000) u We Won’t Budge: An African in the World (Basic Books, 2008).Huwa ppubblika bosta kotba dwar iċ-ċinema Afrikana u Afro-Amerikana. Il-films notevoli ta’ Diawara jinkludu: An Opera of the World (2017), Negritude: A Dialogue between Soyinka and Senghor (2016), Édouard Glissant, One World in Relation (2010), Maison Tropicale (2008) u Rouch In Reverse (1995).

Sign up for
our Newsletter

No spam included.