In-nies isaqsuni: imma Malta tassew għandha bżonn spazju tal-arti ġdid bħall-MICAS? It-tweġiba faċli, u hi assolutament IVA. L-espressjoni tal-arti, id-design u r-relazzjoni ta’ pajjiżna mal-kultura, hija riflessjoni mhux biss ta’ kif Malta tipperċepixxi lilha nnifisha, imma hija mera ta’ kif il-bqija tad-dinja tara lil Malta.
Hemm burdata ta’ fiduċja f’Malta. Stabbilejna lilna nfusna fuq il-mappa internazzjonali. Se nrawmu dejjem aktar dan is-sens ta’ kburija nazzjonali permezz ta’ dan l-ispazju flessibbli u maħsub sew għall-arti kontemporanja, li jkun innetwerkjat b’mod proattiv u li jkun fil-qalba tax-xena internazzjonali tal-arti.
Bil-MICAS, għandna x-xorti li ġa bdejna naħdmu ma’ xi wħud mill-akbar istituzzjonijiet tal-arti fid-dinja. Din is-sena, bi pjaċir kbir qed nikkollaboraw mas-Serpentine Galleries, wieħed mill-ispazji kulturali l-aktar innovattivi tar-Renju Unit. Madankollu, l-iżvilupp ta’ spazju tal-arti ewlieni bħall-MICAS jeħtieġ il-flus u l-investiment, l-aktar sabiex ikun hemm programm dinamiku li jolqot bosta oqsma, u li jkun jinkludi inizjattivi edukattivi u komunitarji flimkien ma’ wirjiet internazzjonali fuq skala kbira.
Huwa għalhekk essenzjali li ntellgħu attivitajiet kbar ta’ ġbir ta’ fondi, mhux biss biex niġbdu lejna l-finanzjament meħtieġ biex intejbu l-programm tagħna u nwasslu l-missjoni tal-MICAS bl-aħjar mod. Dawn l-attivitajiet se jgħinuna nuru lil Malta lill-aqwa kuraturi tad-dinja. Meta niftħu fl-2022, se nkunu ġa stabbilejna sew l-ethos u l-intenzjoni tal-MICAS fix-xena tal-arti internazzjonali, u għalhekk inkunu nistgħu niġbdu lejna l-aħjar artisti tad-dinja.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024