Konrad Buhagiar huwa direttur eżekuttiv ta’ AP Valletta.
Kiseb lawrja fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili mill-Università ta’ Malta (1981) segwita minn oħra postgradwatorja fir-Restawrazzjoni mill-Università ta’ Ruma, La Sapienza (1985). Bejn l-1985 u l-1991, kien il-perit inkarigat mis-Sezzjoni tal-Antikitajiet taħt l-awspiċi tal-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi. Fl-1991 waqqaf ma’ oħrajn Architecture Project, illum AP Valletta. Kien responsabbli għal diversi xogħlijiet ta’ restawr u rijabilitazzjoni f’binjiet u siti urbani storiċi, bħall-Bieb il-Belt il-ġdid, il-Parlament u Pjazza Teatru Rjal f’kollaborazzjoni mar-Renzo Piano Building Workshop; Villa Castro li ġiet ippremjata (u li riċentament ġiet skedata kollha kemm hi mill-Awtorità tal-Ippjanar, inkluż id-disinn ta’ estensjoni minn AP), il-Lift tal-Barrakka, u l-lukanda Phoenicia. Fost xogħlijiet oħrajn li għaddejjin bħalissa, Konrad inkarigat mir-rinnovazzjoni u l-estensjoni tal-Mużew tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u r-restawrazzjoni kumpless tal-Prokatidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta.
Konrad ta lekċers fl-Università ta’ Malta, u fost oħrajn fil-Kulleġġ tal-Arti Kreattivi tal-Università ta’ Canterbury, ir-Renju Unit, u fl-Università ta’ New York, l-Istati Uniti. Ippubblika diversi artikli storiċi u akkademiċi u jiġi mistieden regolarment għal diversi konferenzi u seminars internazzjonali. Kien iċ-chairman kemm tal-Kumitat Konsultattiv tal-Patrimonju kif ukoll tal-Kumitat ta’ Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Konrad huwa wkoll il-kap editur tal-pubblikazzjonijiet ta’ AP A Printed Thing u Founding Myths of Architecture.
Konrad ingħata l-Premju tal-President għall-Arkitettura fil-Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards tal-2021, għall-kisbiet eċċelenti tiegħu fl-arkitettura l-ippjanar spazjali kif ukoll għad-dedikazzjoni tiegħu lejn il-ħolqien ta’ arkitettura utli u li tittraxxendi ż-żmien fuq il-gżira. Fi kliem il-ġurija, “Il-Perit Buhagiar ikkontribwixxa lejn l-edukazzjoni, it-teorija u l-prattika tal-arkitettura. Permezz ta’ xogħlu u kitbietu, huwa mgħarraf sew u għandu ħila kbira fir-riċerka arkitettonika u fil-promozzjoni u l-avvanz tal-arkitettura li kkontribwixxew u ħolqu kuxjenza fl-ambjent mibni. L-interess u x-xogħol tiegħu fl-konservazzjoni tal-binjiet kien innotat flimkien mal-kapaċità ta’ disinn ta’ ispirazzjoni. Il-kontribuzzjoni tiegħu matul is-snin hija meqjusa bħala waħda li tispikka.”
Photo Credit: Alexandra Pace
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024