Joana Vasconcelos
1 ta' Ottubru 2020
Joana Vasconcelos artista viżiva kontemporanja b’karriera ta’ 25 sena b’medda ta’ xogħlijiet li jvarjaw mill-iskultura monumentali sat-tpinġija. Il-fama internazzjonali waslitilha bil-Biennale ta’ Venezja u kienet l-ewwel Portugiża li qatt esibiet fil-Guggenheim Bilbao u l-iżgħar artista li qatt dehret fil-Palazz ta’ Versailles. Xogħolha jaġġorna għas-seklu 21 il-kunċett tal-arts & crafts u jinkorpora oġġetti ta’ kuljum bl-ironija u l-umoriżmu, billi joħloq pont bejn l-ambjent domestiku u l-ispazju pubbliku, filwaqt li jqanqal mistoqsijiet dwar il-qagħda tan-nisa, is-soċjetà konsumistika tagħna u l-identità kollettiva. Tul l-2020, xogħolha ntwera Boston (l-Istati Uniti), Liżbona (il-Portugall), Yorkshire (l-Ingilterra), Aarhus (id-Danimarka), New Delhi (l-Indja) u Macau (iċ-Ċina).
Ritratt: Kenton Thatcher. Bil-permess ta Joana Vasconcelos.