Joana Vasconcelos lesta għall-wirja tal-ftuħ tal-MICAS

Il-MICAS se jiġi inawgurat uffiċjalment nhar il-Ġimgħa, il-25 ta’ Ottubru, mill-Prim Ministru Robert Abela, b’wirja tax-xogħlijiet tal-artista viżiva rinomata Joana Vasconcelos

Kollox lest għall-wirja li tant ilha antiċipata tal-artista viżiva rinomata mill-Portugall Joana Vasconcelos fil-MICAS, li se jinfetaħ uffiċjalment mill-Prim Ministru Robert Abela, nhar il-Ġimgħa, il-25 ta’ Ottubru.
L-iskala enormi tal-installazzjonijiet ġganteski se jagħtu l-ħajja lill-erba’ sulari tal-MICAS, l-aktar proġett ambizzjuż ta’ restawr għall-arti u l-kultura ta’ Malta.
“Din il-wirja inawgurattiva se tkun kemm imlewna kif ukoll eżuberanti u tippreżenta suġġett b’reżonanza u relevanza wiesgħa għall-viżitaturi tal-mużew,” tistqarr Edith Devaney, id-Direttriċi Artistika tal-MICAS.
“Fil-ħakma minn Vasconcelos ta’ snajjiet tradizzjonali fil-ħolqien ta’ ħafna minn xogħlijietha se jidwu diversi kulturi, fosthom tagħha mill-Portugall, imma wkoll dawk ta’ Malta. Ġie deċiż li x-xogħol ġdid tagħha jiġi ppreżentat fil-bini għadu ġebel u saqaf, qabel l-installazzjoni tal-istruttura interna tal-mużew, li se tiżvela s-sbuħija naturali tal-ħitan skavati u storiċi mdawla bid-dawl naturali dieħel fihom. Għalhekk, se tkun ukoll ċelebrazzjoni ta’ dan il-proġett ġdid ta’ patrimonju  l-arkitettura kontemporanja tiegħu.”
Din il-wirja se tkun imdawra minn erba’ xogħlijiet ewlenin u tipiċi tal-artista li jidwu man-naħa aktar kontemplattiva tal-eżistenza umana – Tree of Life, The Garden of Eden, Loft u Valkyrie Mumbet – u għalhekk flimkien se jkunu qed jippreżentaw għadd ta’ xogħlijiet kunċettwali li jitfgħu ħarsthom fuq il-ħajja ta’ kuljum u d-dar.
Bħal kull xogħol ta’ Vasconcelos, il-politiki tal-ġeneru u kulturali huma evidenti – bil-materjal li x-xogħol hu maħluq bih jieħu rwol importanti.
Ix-xogħlijiet ta’ Vasconcelos, maħluqin minn materjali ta’ kuljum ordinarji, ħafna drabi marbuta mad-domestiku, li bihom l-artista toħloq xogħlijiet ta’ skala monumentali u importanza. Il-wirja se turi l-mod li bih l-artista tesplora l-aspetti ta’ sfida tal-ħajja ta’ kuljum u kif dawn joħolqu xenqa u bżonn biex ningħaqdu ma’ aspetti aktar spiritwali tal-eżistenza tagħna fit-tfittxija għal faraġ u ispirazzjoni.
“Bl-abbiltà tagħha li tippreżenta arti kunċettwali b’mod ċelebrattiv u abbundanti, kif ukoll l-impenn qawwi tagħha biex timpenja ruħha mal-komunitajiet u l-iskejjel fl-esplorazzjoni għall-arti viżiva, ix-xogħol ta’ Vasconcelos jippreżenta l-wirja inawgurattiva perfetta għall-MICAS waqt li fl-istess ħin tistieden lill-viżitaturi jidħlu fil-viżjoni maġika tagħha, u fil-proċess iżuru l-mużew u l-kampus tiegħu,” tikkummenta Devaney.
“Għal Vasconcelos, bħal fil-każ tal-artisti kontemporanji internazzjonali kollha li l-MICAS jaħdem magħhom, kien importanti li timpenja ruħha ma’ Malta u l-kultura tagħha u li din l-esperjenza tagħha f’Malta tinforma u tispira l-approċċ tagħha lejn l-għażla u l-pożizzjonar ta’ xogħlijietha fil-galleriji u l-madwar. Fil-fatt, Vasconcelos ħolqot rabta profonda ma’ Malta u l-istorja tagħha waqt li żviluppat din il-wirja mal-MICAS.”
 
Għal aktar informazzjoni nistednuk iżżur www.micas.art, kif ukoll @micasmalta fuq Instagram biex issegwi l-vjaġġ tal-MICAS lejn il-ftuħ tiegħu.
Aktar informazzjoni fuq Joanna Vasconcelos tinsab fuq din il-ħolqa.

Aktar informazzjoni dwar il-MICAS għall-istampa

Intervista mal-Kap Eżekuttiv tal-MICAS, Phyllis Muscat

Viżjoni mwettqa: Il-Kap Eżekuttiv tal-MICAS, Phyllis Muscat tirrifletti fuq l-ispazju għall-artkontemporanja li se jiftaħ fil-futur qrib

Inlaqqgħu l-arti, l-arkitettura, u n-natura flimkien: il-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS

L’Arti tal-MICAS – ħames snin ta’ ismijiet famużi

Ġewwa l-fortifikazzjonijiet li jilqgħu lill-MICAS

Saffi tal-MICAS (l-Ewwel Parti): l-istorja tal-Ospizio

Saffi tal-MICAS (it-Tieni Parti): is-Swar tal-Furjana u l-Forti San Salvatur

Aktar informazzjoni dwar Joana Vasconcelos

Artiġjanat XXL: kif Vasconcelos tiddekontestwalizza l-‘femminil’

Skip to content