Stqarrija għall-istampa: Nintroduċu l-MICAS (l-Ispażju Internazzjonali ta’ Malta għall-Arti Kontemporanja)

Bħala l-ewwel spazju nazzjonali ddedikat esklussivament għall-arti kontemporanja, il-MICAS għandu l-għan li jagħti spinta lis-settur kulturali Malti. Il-MICAS se jservi ta’ pjattaforma għall-wiri ta’ arti u kultura viżwali kontemporanja tal-ogħla livell permezz ta’ eżebizzjonijiet u installazzjonijiet, kif ukoll firxa ta’ attivitajiet kulturali u edukattivi.

Il-MICAS se jkollu wkoll rwol ċentrali fl-iżvilupp kulturali ta’ Malta, bħala protagonist attiv fuq livell internazzjonali, li jkun qed jgħaqqad il-komunitajiet artistiċi filwaqt li jippromwovi l-internazzjonaliżmu u d-diplomazija kulturali.

L-Ispażju Internazzjonali ta’ Malta għall-Arti Kontemporanja se jiġi żviluppat fil-Furjana fis-siti tal-Ospizio u r-Ritirata, fejn bħalissa għaddej xogħol immexxi mid-Direttorat tar-Restawr. Id-disinn tal-galleriji interni tal-MICAS qed isir minn ipostudio kumpanija bbażata Firenze li tispeċjalizza fl-arkitettura ċivika. Id-disinn magħżul se jżid il-prestiġju tal-istorja rikka ta’ dan is-sit. Il-MICAS mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu fl-2021. Il-kunċett primarju hu li dan l-ispazju jġib fimkien żewġ elementi ewlenin: it-tessut storiku u l-pajsaġġ tal-fortifikazzjonijiet mal-funzjonijiet tal-MICAS. L-arkata ikonika ta’ Giovanni Barbara li tħares ’il barra fuq Marsamxett, magħrufa wkoll bħala l-Arco Barbara, se tkun inkorporata wkoll f’dan il-proġett.

Il-MICAS mhux biss se jkun post fejn l-artisti kontemporanji lokali jistgħu jeżebixxu xogħolhom, iżda ser jaħdem ma’ artisti u istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħol mill-aktar innovattiv minn artisti ta’ fama internazzjonali.

L-ewwel artist internazzjonali li se jikkollabora mal-MICAS huwa Ugo Rondinione, artist Żvizzeru bbażat fi New York, li bħalissa qiegħed jaħdem fuq serje ta’ installazzjonijiet maħluqa speċifkament għal dan is-sit.

Il-MICAS se jitnieda uffiċjalment f’Ottubru li ġej b’numru ta’ avvenimenti li jinkludu l-ftuħ tal-proġett ta’ Ugo Rondinone, taħditiet dwar l-arti kontemporanja minn esperti internazzjonali u lokali ewlenin fl-qasam, proġett ta’ kollaborazzjoni mal-MUŻA, u kif ukoll wirja awdjoviżiva tal-istorja tal-Ospizio u t-trasformazzjoni tiegħu permezz tal-proġett MICAS.

MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti. Il-MICAS se jitwettaq bis-saħħa ta’ restawr iffinanzjat mill-Istat ta’ swar storiċi u tal-galleriji tagħhom, u se jitlesta fl-2022. Dan il-proġett huma parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.

Għal iktar dettalji tista’ tikkuntattja lil press@micas.art

Sign up for
our Newsletter

No spam included.