Ara lill-artista magħrufa mad-dinja Cristina Iglesias tiddiskuti x-xogħol ġdid tagħha Sea Cave (Entrance) mal-kuratriċi internazzjonali Edith Devaney, fejn nieħdu idea tal- vokabularju skulturali distint tagħha u l-involviment profond tagħha fl-ispazji pubbliċi.
Bħala artista prolifika, ix-xogħol ta’ Iglesias ivarja minn padiljuni sospiżi, pannelli kannizzata, passaġġi u labriniti, u funtani orizzontali sa ħitan immaljati b’testi u forom strutturali u veġetattivi. Xogħlijietha jistgħu jinstabu fi spazji urbani jew fi gżejjer remoti madwar id-dinja kollha, u joffru lil min jarahom opportunitajiet għal esperjenzi kontemplattivi.
Sea Cave (Entrance) hija biċċa speċifika għas-sit b’elementi skulturali tal-bronż u sekwenzi tal-ilma li b’mod ċar jinvolvu l-perċezzjoni ta’ min jara l-opra. Ix-xogħol jiżvela ftuħ immaġinarju għal spazju sotterranju li jesplora ġeoloġiji moħbija, interkonnessjonijiet u l-mogħdija taż-żmien. Din il-biċċa intriganti hija eżibita fil-ġonna storiċi ta’ Hastings fil-Belt Valletta. Ix-xogħol eventwalment se jiġi rilokat u interpretat bħala biċċa speċifika għas-sit għall-ġnien tal-iskultura tal-MICAS, li bħalissa qed jiġi żviluppat fuq il-kontrogwardja ta’ San Salvatore, il-Furjana.‘In Conversation with Cristina Iglesias’ kienet parti mill-MICAS International Art Weekend tal-2021 u ġiet appoġġata mill-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, MUŻA, l-Ambaxxata tar-Renju ta’ Spanja, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Heritage Malta, Air Malta, u Marian Goodman Gallery.
Aktar hawnhekk
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024