Mix-xellug: il-Ministru Owen Bonnici, Prim Ministru Robert Abela, is-Sur Antonio Costa, u s-Sinjura Phyllis Muscat

Il-President nominat tal-Kunsill tal-UE Antonio Costa jżur il-MICAS

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta laqa’ lill-President nominat tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa waqt żjara f’Malta, għall-wirja spettakolari tal-artista Portugiża Joana Vasconcelos

L-Erbgħa, 20 ta’ Novembru 2024
Il-Malta International Contemporary Arts Space laqgħet lill-President nominat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Antonio Costa għall-wirja spettakolari tal-artista Portugiża Joana Vasconcelos.
Is-Sur Costa kien akkumpanjat fil-MICAS fil-Furjana mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, fejn ingħata merħba mill-Ċerpersin Eżekuttiva Phyllis Muscat, il-Viċi-President tal-MICAS Dr Georgina Portelli, d-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney, kif ukoll id-direttur tad-Dipartiment għar-Restawr u l-Preservazzjoni, Norbert Gatt.
Id-direttur artistiku tal-MICAS Edith Devaney tispjega lill-mistiednin speċjali iżjed dwar il-wirja Vasconcelos
 
“Huwa unur għall-MICAS li tilqa’ lil-President nominat tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa fuq din iż-żjara għal-wirja ta’ ko-nazzjonali tiegħu, Joana Vasconcelos. Inħossu li l-ispirtu Portugiż li Vasconcelos tirrappreżenta se jkun dejjem parti mill-MICAS, bħalma hi r-rabta ta’ dawn ix-xogħolijiet li taw il-ħajja li dan il-mużew – kburin li eks-Prim Ministru tal-Portugall, is-sur Costa, issa qiegħed jara dawn ix-xogħlijiet importanti, hawnhekk f’Malta,” qalet Phyllis Muscat.
“Il-MICAS illum parti minn itinerarju importanti ħafna ta’ destinazzjonijiet kulturali f’Malta. Dan huwa post għal kulħadd biex jiltaqgħa hawn, biex jibnu konnessjoni ġdida mal-arti kontemporanja internazzjonali, kif ukoll biex jesperjenzaw l-arkitettura unika tal-MICAS f’dawn il-fortifikazzjonijiet tas-seklu 17,” żiedet tgħid Muscat.
Costa, li kien Prim Ministru tal-Portugall sa Marzu 2024, jinsab Malta ftit jiem qabel il-ħatra uffiċjali tiegħu bħala President tal-Kunsill Ewropew fl-1 ta’ Diċembru.
Is-Sur Costa żar is-swali tal-MICAS, li qed juru xogħlijiet ewlenin ta’ Vasoncelos, speċifikament Is-Siġra tal-Ħajja, Il-Ġnien tal-Għeden, Loft u Valkyrie Mumbet, u għadd ta’ xogħlijiet aktar kunċettwali li jiffukaw fuq il-ħajja ta’ kuljum kif ukoll l-ambjent domestiku.
“‘Transcending The Domestic’ ta’ Vasconcelos hija wirja li kixfet s-sbuħija naturali tal-ħitan storiċi skavati hawnhekk fil-MICAS. Qed inħeġġu lill-pubbliku jiġu jaraw is-sbuħija ta’ dawn ix-xogħlijiet, kif ukoll jesperjenzaw dan il-proġett ġdid ta’ wirt nazzjonali u l-arti kif ukoll l-arkitettura kontemporanja tagħha,” qalet id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney.
“Vasconcelos żviluppat konnessjoni intima ma’ Malta u l-istorja tagħha fit-tħejjija ta’ din il-wirja – aħna grati għall-ispirtu tal-kreattività tagħha li ġabet hawn, kif ukoll tal-wirt ta’ dawn ix-xogħlijiet tal-arti, li issa qegħdin fostna hawn fil-MICAS.”
***

Il-pubbliku mistieden iżur il-MICAS fejn jistgħu jaraw l-eżebizzjoni  ta’ Joana Vasconcelos kif ukoll ix-xogħolijiet tal-artisti Conrad Shawcross u Ugo Rondinone. Biljetti għall-eżebizzjoni Transcending The Domestic ta’ Joana Vasconcelos huma disponibbli mis-sit web tal-MICAS hawnhekk

*** 

AQRA IŻJED

MICAS miftuħ uffiċċjalment: Mument storiku u trasformattiva għal Malta

Intervista maċ-cerpersin eżekuttiv tal-MICAS: Phyllis Muscat

Inlaqqgħu l-arti, l-arkitettura, u n-natura flimkien: il-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS

Saffi ta’ MICAS: L-istorja tal-Floriana Lines

Iżjed informazzjoni dwar Joana Vasconcelos

Artiġjanat XXL: kif Vasconcelos tiddekontestwalizza l-‘femminil’

Skip to content