Il-Politika tal-Aċċessibilità

Il-MICAS impenjat lejn aċċessibbiltà għal kulħadd u jemmen li kull qasam tal-komunità u għalhekk kulħadd għandu dritt fundamentali li jinvolvi ruħu, juża s-servizzi u jgawdi l-kollezzjonijiet tiegħu. L-għan ta’ din il-politika huwa li jiżgura li l-aċċess fiżiku għall-kollezzjonijiet huwa għal kulħadd; li jippermetti lil kulħadd igawdi u jistudja l-kollezzjonijiet tiegħu bl-aktar modi possibbli, u li jiżgura aċċess għall-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet kollha fl-ispazju tal-arti.

Il-MICAS jirrikonoxxi d-diversi barrieri għall-aċċess fuq kull livell iżda fid-dawl ta’ dan huwa impenjat biex jiżgura l-aspetti kollha tal-attivitajiet tiegħu jkunu aċċessibbli daqskemm jippermettu r-riżorsi, fosthom l-aċċess għall-binjiet, il-kollezzjonijiet, l-avvenimenti, il-wirjiet, u l-avvenimenti edukattivi għall-persunal, il-voluntiera, u l-viżitaturi tiegħu.

Il-MICAS impenjat li jżid l-aċċess pubbliku għall-kollezzjonijiet tiegħu kif ukoll l-informazzjoni marbuta ma’ dawn il-kollezzjonijiet, u li jżid l-għarfien u l-fehim tax-xogħlijiet tiegħu.

Il-MICAS se jipprovdi persunal li jilqa’ lill-viżitaturi u opportunitajiet ta’ tagħlim lil udjenzi diversi b’livelli ta’ abbiltajiet diversi u se jfassal il-programmi tiegħu biex jilħaq il-bżonnijiet ta’ gruppi speċifiċi. L-attivitajiet u l-kollezzjonijiet se jkun promossi permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni aċċessibbli.

Il-MICAS se jaderixxi ma’ kull statut tal-liġi nazzjonali u internazzjonali, speċjalment ma’ dawk li jirrigwardjaw l-aċċess.

Il-MICAS jiddefinixxi l-aċċess bħala t-tneħħija jew il-minimizzazzjoni ta’ barrieri fiżiċi, kulturali, soċjali, sensorjali, intellettwali, finanzjarji, emozzjonali u ta’ attitudni.

Il-MICAS, biex jelimina u jimminimizza l-barrieri waqt li jiżgura aċċess ta’ kwalità se jikkunsidra dawn l-aspetti li jirrigwardjaw l-aċċessibbiltà fuq is-servizzi u l-kollezzjonijiet tiegħu:

  • Fiżiċi: jippermetti lil persuni b’diżabbiltà fiżika, l-anzjani u dawk li jieħdu ħsieb lil tfal żgħar jilħqu u japprezzaw kull parti tas-servizzi u l-kollezzjonijiet tiegħu.
  • Sensorjali: jinseġ f’kull aspett tas-servizzi tiegħu firxa wiesgħa ta’ esperjenzi sensorjali.
  • Intellettwali: jirrikonoxxi li persuni differenti jitgħallmu bi stili differenti u għalhekk il-MICAS se jappoġġja lil persuni differenti billi jaddotta gwida interpretattiva ċara.
  • Kulturali: jirrikonoxxi u jagħraf differenzi kulturali u jfittex li jirrappreżenta esperjenzi u kwistjonijiet kulturali varji permezz tal-programmi u l-wirjiet tiegħu.
  • Emozzjonali: jiżgura li l-viżitaturi kollha jħossuhom milqugħa u apprezzati.
  • Finanzjarji: jaħdem biex jimminimizza kemm jista’ jkun il-barrieri finanzjarji marbuta mal-użu tas-siti u l-kollezzjonijiet.

It-twettiq tal-Politika

Il-MICAS se jiżgura twettiq ta’ dan l-approċċ b’modi diversi, fosthom permezz ta’ dawn hawn taħt, waqt li ma jillimitax ruħu għalihom biss:

  • Parteċipazzjoni attiva f’qafas ta’ ugwaljanza li jinkludi: Valutazzjoni tal-Impatt tal-Ugwaljanza, il-Koeżjoni u d-Diversità fuq is-servizzi u s-siti tiegħu.
  • Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ involviment komunitarju fil-programm tiegħu permezz tal-ħolqien ta’ karigi addizzjonali appoġġjati minn għotjiet, donazzjonijiet, finanzjament, u sħubijiet.
  • Addozzjoni ta’ gwida tal-aqwa prattika għal interpretazzjoni tat-testi tal-wirjiet u l-għajnuniet interattivi fost oħrajn.
  • Kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet ta’ udjenzi varji u stili ta’ tagħlim differenti fl-ippjanar tal-programm tiegħu u inklużjoni ta’ tagħlim formali fuq is-siti kif ukoll fis-servizz tiegħu.
  • Kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet, barrieri u prijoritizzazzjoni tal-aċċess fuq is-siti kollha tal-MICAS permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni xierqa.
  • Konsultazzjoni regolari mal-udjenzi u persuni li ma jidħlux fil-MICAS biex jiġi żgurat aċċess kemm jista’ jkun mifrux għall-faċilitajiet, is-servizzi, u l-kollezzjonijiet tal-MICAS.
  • Żgurar li l-kuntratturi, il-konsulenti, u l-aġenziji kollha li jaħdmu għal u ma’ MICAS jaddottaw u josservaw il-politiki ta’ aċċess.

Il-Binjiet u s-Servizzi Assoċjati

Il-MICAS ifittex li jipprovdi lill-viżitaturi kollha aċċess għall-bini tiegħu, filwaqt li jipprovdi alternattivi fejn meħtieġ. Il-MICAS jiżgura li l-proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ bħalissa u tal-futur jipprovdu aċċess fiżiku xieraq lill-viżitaturi kollha. Fejn meħtieġ, jintalab parir ta’ esperti. Uħud mill-faċilitajiet li tipprovdi jinkludu:

  • Aċċess għal siġġijiet bir-roti.
  • Il-viżitaturi mistiedna jġibu l-banketti tagħhom li jintwew. Gruppi ta’ adulti bbukkjati minn qabel jistgħu jitolbu għal banketti qabel iż-żjara tagħhom waqt il-booking tagħhom mad-dipartiment tal-edukazzjoni.
  • Klieb tal-għajnuna huma milqugħa.
  • Toilets addattati, kmamar għat-tibdil tat-trabi, u faċilitajiet tal-ewwel għajnuna jinsabu madwar il-bini.

Sigurtà fil-Bini

Il-MICAS jikkunsidra l-bżonnijiet tal-viżitaturi kollha fil-proċeduri kollha tiegħu. Hija prassi tiegħu li jippermetti lill-okkupanti kollha tal-bini jiġu evakwati fl-istess ħin f’każ ta’ emerġenza.

Il-MICAS jipprovdi persunal imħarreġ li jirrispondi għal inċidenti li jeħtieġu l-ewwel għajnuna, bħal sikurezza kontra n-nirien u emerġenzi.

L-Informazzjoni u s-Sinjalar

Il-MICAS jimmira li jipprovdi informazzjoni f’forom differenti li huma aċċessibbli għall-viżitaturi kollha. Uħud mir-riżorsi li jipprovdi jinkludu:

  • Is-sit uffiċjali tiegħu.
  • Il-mezzi tal-midja soċjali tiegħu.
  • Kontenut diġitali disponsibbli permezz tal-film u l-awdjo.
  • Wi-Fi fil-galleriji u żoni pubbliċi oħrajn.
  • Films magħżula b’sottotitoli li jakkumpanjaw lill-wirjiet temporanji.

Il-MICAS jirrevedi l-aċċess diġitali regolarment. Ir-rekwiżiti tal-udjenza jiġu ddeterminati permezz ta’ riċkerka, ittestjar, u r-rispons miġbur. Il-MICAS fassal sit skont standards li jagħmluha faċli għall-udjenzi tiegħu biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa.

Edukazzjoni dwar il-Kollezzjoni

Il-MICAS iwassal firxa wiesgħa ta’ programmi edukattivi għal udjenzi differenti, imfassla biex jilħqu livelli diversi ta’ għarfien, sfondi, interessi, u stili ta’ tagħlim.

Il-MICAS se jkompli jikkonsulta ma’ persuni b’diżabbiltajiet, organizzazzjonijiet speċjalisti, u mużewijiet oħra, spazji tal-arti u galleriji, dwar l-aħjar u l-aktar modi prattikkabbli biex itejjeb l-aċċess intellettwali. Fosti uħud mis-servizzi li l-MICAS jipprovdi hemm:

  • Biljetti ta’ wirjiet – il-viżitaturi bi ħtieġa ta’ aċesss eliġibbli għal konċessjonijiet fuq il-biljetti tal-wirjiet u jistgħu jġibu skorta magħhom mingħajr ħlas. Il-biljetti jridu jiġu bbukkjati minn qabel mis-sit tal-MICAS jew mill-MICAS stess.

Impjieg u Taħriġ

Il-MICAS jiżgura li l-prattiċi tal-impjieg tiegħu ma jiddiskriminawx kontra persuni b’diżabbiltà u jżomm sistema biex isegwi u jirrevedi l-proċeduri.

L-għarfien dwar l-ugwaljanza u d-diversità parti integrali mit-taħriġ ta’ induzzjoni għall-persunal il-ġdid kollu fi rwoli li jiffaċċjaw il-viżitaturi.

Il-MICAS jorganizza laqgħat regolarment biex jiddiskuti titjib fuq il-provvedimenti tiegħu u biex jiftiehem fuq rakkomandazzjonijiet għal aktar azzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha jiġu riveduti. L-approvazzjonijiet kollha jsiru mill-Kap Eżekuttiv f’konsultazzjoni mal-Kunsill ta’ Direzzjoni.

Il-Kap Eżekuttiv, permezz ta’ konsultazzjoni mal-bord tal-MICAS, jirriżerva d-dritt li jissorvelja kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna l-Politika tal-Aċċessibbiltà tal-MICAS u jieħu d-deċiżjoni finali.

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content