Iċ-ċerpersin eżekuttiva tal-MICAS, Phyllis Muscat waqt iċ-ċerimonja tal-Kunsill tal-Arti

Phyllis Muscat tingħata l-Unur għal Viżjoni Artistika mill-Kunsill tal-Arti waqt li l-MICAS ippremjata minn Din l-Art Ħelwa

MICAS onorat bi tliet Premjijiet tal-Patrimonju Arkitettoniku Din l-Art Ħelwa: Proġett ta' Riġenerazzjoni Maġġuri, Restawr u Konservazzjoni tal-Bini, u rebbieħ ġenerali bil-premju tal-Imħallef Maurice Caruana Curran

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta ċċelebra ġimgħa ta’ suċċess nazzjonali, wara li ġie onorat bi premju fil-Premjijiet biennali tal-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll fid-19-il edizzjoni tal-Premjijiet tal-Patrimonju Arkitettoniku ta’ Din l-Art Ħelwa.
Iċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat ingħatat il-Premju tal-Viżjoni Artistika għar-rwol tagħha fit-tfassil u l-amministrazzjoni tal-kostruzzjoni tal-aktar destinazzjoni kulturali ġdida ta’ Malta.
Il-premju jirrikonoxxi lil Muscat talli wasslet lil MICAS sal ftuħ, bi programm artistiku ambizzjuż li poġġa l-arti Maltija fuq livell internazzjonali, ġab artisti ċċelebrati bħal Joana Vasconcelos f’Malta, u li llum ikompli jipprovdi wirjiet tal-arti kontemporanja ta’ klassi dinjija fil-mużew MICAS.
“Ir-rieda kollettiva li tinbena din l-istituzzjoni saħansitra ferm qabel ma kienet lesta fiżikament, kienet il-forza li mexxiet dan il-programm ambizzjuż ta’ arti kontemporanja,” qalet Muscat lill-udjenza tal-Premjijiet tal-Kunsill tal-Arti. 
“Il-MICAS huwa l-prova li n-nazzjonijiet żgħar jistgħu joħolmu ħolm kbir li jitwettaq, u huwa għalhekk li dan il-premju mhuwiex tiegħi biss: huwa ta’ kull min emmen u ħadem ħafna biex il-MICAS isir dak li hu llum.”
Il-premju Imħallef Maurice Caruana Curran ippreżentat lil periti Mariello Spiteri (EMDP) u Prof. Carlo Terpolilli (Ipostudio), Norbert Gatt (Dipartment tar-Restawr u Priservazzjoni) u lil deputat chairperson tal-MICAS Dr Georgina Portelli
Il-MICAS ukoll rebaħ  tlett unuri fil-Premjijiet tal-Patrimonju Arkitettoniku ta’ Din l-Art Ħelwa, li rrikonoxxa l-viżjoni arkitettonika fl-intervnet tagħha fuq il-Floriana Lines.
Il-MICAS ġie onorat bil-premijiet għal Proġett ta’ Riġenerazzjoni Maġġuri u għar-Restawr u l-Konservazzjoni tal-Bini, li ġew ppreżentati lill-viċi ċerpersin tal-MICAS Dr Georgina Portelli flimkien ma’ Mariello Spiteri, EMDP Ltd, Ipostudio Architetti mal-Prof. Carlo Terpollilli, u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni rrappreżentat mill-Perit Norbert Gatt.
Barra minn hekk, il-MICAS ġie onorat ukoll bil-Premju Imħallef Maurice Caruana Curran.
Il-Premju Imħallef Maurice Caruana Curran, imsemmi għall-fundatur tad-DLĦ, ingħata lill-aqwa rebbieħ ġenerali fil-kategoriji kollha.
“Il-MICAS ġustament ġie ġġudikat għall -kwalità tax-xogħol eżegwit, ir-rilevanza storika, kulturali, edukattiva u soċjali tiegħu, kif ukoll ir-riċerka preliminari, u l-mertu estetiku u viżiv u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali. Din il-validazzjoni tikkonferma li l-MICAS beda fid-direzzjoni t-tajba mill-bidu nett, u minflok straħ fuq arkitettura tal-ispettaklu, għażilna mudell maħsub, b’għeruq fis-sostenibbiltà, mwieled minn kuntest lokali, li rebaħ il-qlub ta’ ħafna,” qalet Phyllis Muscat.
Il-Premjijiet għall-Patrimonju Arkitettoniku tad-DLĦ hija inizjattiva stmata ddedikata għar-rikonoxximent ta’ kontribuzzjonijiet eċċellenti għall-pajsaġġ arkitettoniku u l-konservazzjoni tal-patrimonju ta’ Malta.
Premjati oħra kienu Teatru Salesjan (Chris Briffa Architects) u Stilla San Lazzru (Valentino Architects) bil-Premju għar-Riabilitazzjoni u l-Użu mill-Ġdid tal-Bini, kif ukoll tifħir għal Dar Tereza (Uffiċċju Lokali għall-Arkitettura); u Proġetti ta’ Restawr u Konservazzjoni, li ngħataw ukoll lill-MICAS, b’tifħir għall-iskema ta’ Riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru (Perit David Zahra, Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni MCLG).
“Din kienet sena eċċezzjonali għall-proġetti ta’ wirt lokali. Matul jumejn, żorna tnax-il skema li jagħtu xhieda tal-inizjattiva, il-preċiżjoni u l-ħsieb kreattiv tal-periti li jaħdmu f’Malta u Għawdex f’kuntesti ta’ wirt storiku,” qalet il-ġurija tad-DLĦ dwar il-premjijiet.
“L-akbar pass li ħadna din is-sena kien bil-potenzjal riġenerattiv tal-iskemi tal-wirt… li juri li s-setgħa tal-konservazzjoni tal-wirt tinsab mhux biss fil-valur ambjentali u kulturali, iżda f’kapaċità li tikkrea dar għal dik li tkun il-laqgħa pubblika, il-memorja kollettiva, u l-futuri kondiviżi tagħna.”
Skip to content