Ix-xogħol ta’ Henni Alftan (m.1979, Helsinki) ġej minn impenn profond għall-pittura – il-metodi u l-istorja tagħha – u jirriżulta f’xbihat tal-ħajja kwotidjana li huma intimament familjari iżda fl-istess ħin kurjożament mhux magħrufa. Il-pitturi tagħha jirrappreżentaw xeni u oġġetti ta’ kuljum, ħafna drabi maqtugħa jew frammentati, kull waħda minnhom imwassla b’mod ekonomiku studjat. Imwielda l-Finlandja, Alftan ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-arti minn Franza. Fl-2001 kisbet DNAP bħala studenta tal-Ecole Pilote Internationale d’Art et de Recherche de la Villa Arson, f’Nizza. Fl-2004, kisbet MFA mill-Ecole Nationale Supérieure des Beaux-Arts de Paris. Għadha tgħix Pariġi sa issa. Ix-xogħol ta’ Alftan kien esebit f’wirjiet individwali u f’duo, fosthom By the Skin of My Teeth, Sprüth Magers, Berlin (aktar tard fl-2025); O de Giotto, Galerie La Box, Bourges, Franza (2025); Stop Making Sense, Karma, New York (2024); House of Mirrors, Longlati Foundation, Shanghai (2024); Visitor, Karma, Los Angeles (2023); Contour, Sprüth Magers, Londra (2022); Night-time, Sprüth Magers, Berlin (2021); Henni Alftan & Dike Blair, Various Small Fires, Seoul (2020); Henni Alftan, Karma, New York (2020); u Henni Alftan, Studiolo, Milan, l-Italja (2019).
Xogħolha ġie esebit ukoll f’wirjiet kollettivi fosthom About Painting: Salvo, Andreas Schulze, Henni Alftan, Shinsegae Gallery, Seoul (aktar tard fi-2025); Paysages recommencés, Frac-Artothèque, Nouvelle-Aquitaine, Limoges, Franza (2025); Copyists, Centre pompidou-Metz, Franza (2025); The Swimmer, FLAG Art Foundation, New York (2024); Infinite Regress: Mystical Abstraction from the Permanent Collection and Beyond, Kemper Museum of Contemporary Art, Kansas (2024); I feel, for now, Amos Rex Museum, Helsinki (2024); Dialogues, Espoo Museum of Modern Art, il-Finlandja (2023); Ars Fennica 2023, Kiasma Museum of Contemporary Art, Helsinki, il-Finlandja (2023); Fire Figure Fantasy: Selections from ICA Miami’s Collection, Institute of Contemporary Art Miami, Florida (2022); Dark Light: Realism in the Age of Post-Truths, ikkurata minn Massimiliano Gioni, The Aïshti Foundation, Bejrut, il-Libanu (2022); Artists Inspired by Music: Interscope Reimagined, LACMA, Los Angeles (2022); (Nothing but) Flowers, Karma, New York (2020); u Clichés-Peintures, paintings from the collections of Frac-Artothèque du Limousin, ENSA Limoges, Limoges, Franza (2020).
Ix-xogħlijiet ta’ Alftan huma wkoll parti mill-kollezzjonijiet tal-Buffalo AKG Art Museum, New York; Amos Rex Art Museum, Helsinki; Dallas Museum of Art; EMMA – Espoo Museum of Modern Art, Espoo, il-Finlandja; Hammer Museum, Los Angeles; Helsinki Art Museum; High Museum of Art, Atlanta; Institute of Contemporary Art, Miami; Kuntsi Museum of Modern Art, Vaasa, il-Finlandja; JNBY Art Center, Shanghai; Hämeenlinna Museum of Art, il-Finlandja; Heino Art Foundation, Helsinki; Collection Clermont Métropole, Franza; FRAC (Fond régional d’art contemporain), Limousin, Franza; Portland Museum of Art, Oregon; Pérez Art Museum, Miami; Art Gallery of New South Wales, Sydney, l-Awstralja; Los Angeles County Museum of Art u fil-UBS Art Collection.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023