Il-pitturi, l-iskulturi, u l-installazzjonijiet ta’ Harold Ancart (m. 1980, Brussell) għandhom għeruqhom fl-osservazzjoni tiegħu tal-pajsaġġi naturali u l-ambjenti mibnja. Xogħlijietu jalludu għal firxa ta’ sorsi storiċi artistiċi u huma ta’ spiss ikkaratterizzati minn passaġġi astratti ta’ lwien, li kultant huma ppreżentati bħala multiparti.
Beda jistudja x-xjenza politika, iżda biddel triqtu u fl-2007, iggradwa b’MFA mill-École Nationale Supérieure des Arts Visuels de La Cambre ta’ Brussell. Bħalissa jgħix u jaħdem fi Brooklyn, New York.
Minkejja li trabba u ġie edukat fil-Belġju, Ancart żviluppa prattika li għandha għeruqha fl-istorja tal-pittura u l-astrazzjoni Amerikana. L-influwenza ta’ artisti bħal Richard Diebenkorn, Helen Frankenthaler, Brice Marden, u Wayne Thiebaud hija evidenti. Huwa jitfa’ ħarstu fuq suġġetti li jingħarfu, u jiżola mumenti poetiċi fil-madwar ta’ kuljum.
Bejn l-2019 u l-2020, il-Fond tal-Arti Pubblika ippreżenta Harold Ancart: Subliminal Standard fil-Cadman Plaza Park, Brooklyn. Ix-xogħol ta’ Ancart ġie esebit ukoll fil-wirja individwali tiegħu, Harold Ancart: Untitled (there is no there there), f’The Menil Collection, Houston, fl-2016. L-artist ħa sehem f’wirjiet individwali u kollettivi, fosthom fi Stedelijk Museum voor Actuele Kunst (S.M.A.K.), Ghent (2019); Centre Pompidou-Metz, Franza (2018); Musée d’Art Moderne de la Ville de Paris (2017); Palais de Tokyo, Pariġi (2013); u WIELS Centre d’art Contemporain, Brussell (2012).
Xogħlijiet ta’ Ancart jinsabu wkoll f’kollezzjonijiet permanenti f’diversi istituzzjonijiet madwar id-dinja, fosthom Fondation Beyeler, Basel; Centre Georges Pompidou, Pariġi; Hirshhorn Museum and Sculpture Garden, Washington, DC; Lenbachhaus, Munich; Louisiana Museum of Modern Art, id-Danimarka; The Menil Collection, Houston; Musée d’Art Moderne, Pariġi; The Museum of Contemporary Art, Los Angeles; Solomon R. Guggenheim Museum, Whitney Museum of American Art, u Metropolitan Museum of Art, New York; u Voorlinden Museum, Wassenaar.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023