Hans Ulrich Obrist by Kate Barry
Hans Ulrich Obrist by Kate Barry

Hans Ulrich Obrist

17 ta' Settembru 2019

Hans Ulrich Obrist (t. 1968, Zurich, l-Isvizzera) huwa d-Direttur Artistiku ta’ Serpentine Galleries, f’Londra. Qabel dan, huwa kien il-kuratur tal-Musée d’Art Moderne de la Ville de Paris. Minn wara l-ewwel wirja tiegħu “World Soup” (The Kitchen Show) fl-1991, huwa kien il-kuratur ta’ aktar minn 300 wirja.

Sa issa, fl-2018, Obrist kien ko-kuratur ġewwa Serpentine Galleries ta’ wirja individwali għal Rose Wylie. Fl-2014 huwa kien il-kuratur ta’ Swiss Pavilion fl-14-il Biennale Internazzjonali tal-Arkitettura f’Venezja, fejn huwa ppreżenta Lucius Burckhardt u Cedric Price – A stroll through a fun palace; il-bini kien iddisinjat mill-periti Herzog & de Meuron, u l-programm ġie żviluppat mal-artisti Liam Gillick, Philippe Parreno, Tino Sehgal u Dominique Gonzalez-Foerster. Il-proġett ta’ Obrist bl-isem ta’ Art of Handwriting qed iseħħ fuq Instagram (https://www.instagram.com/hansulrichobrist/) u huwa protesta kontra l-għejbien tal-kalligrafija fl-era diġitali.

Fl-2013, Obrist waqqaf, flimkien ma’ Simon Castets, l-89plus, proġett internazzjonali ta’ riċerka fuq medda twila ta’ żmien u b’diversi pjattaformi, maħsub sabiex iwettaq l-immappjar tal-ġenerazzjoni diġitali nattiva li twieldet fl-1989 jew wara. Fl-2011, Obrist irċieva l-Premju CCS Bard għall-Eċċellenza fir-rwol tiegħu ta’ kuratur, fl-2009 huwa sar Sieħeb Onorarju fi ħdan ir-Royal Institute of British Architects (RIBA), u fl-2015 huwa rċieva l-Premju Internazzjonali Folkwang għall-impenn tiegħu għall-arti. Obrist ta lekċers madwar id-dinja kollha f’istituzzjonijiet akkademiċi u tal-arti, u huwa konsulent għal bosta rivisti u ġurnali.

Il-pubblikazzjonijiet riċenti ta’ Obrist jinkludu Mondialité, Conversations in Mexico, Conversations in Colombia, Ways of Curating, The Age of Earthquakes ma’ Douglas Coupland u Shumon Basar, u Lives of The Artists, Lives of The Architects.

Ritratt: Kate Berry

Sign up for
our Newsletter

No spam included.