Ugo Rondinone – the radiant

13 ta' Ottubru 2018 - 31 ta' Diċembru 2023

Share this page

Il-figura tal-ġebel hija l-aktar rappreżentazzjoni arketipika tal-forma umana; simbolu elementali tal-ispirtu uman, marbut mal-art iżda mitiku fl-immaġinazzjoni. Il-figura tal-ġebel għal Malta, bit-titlu the radiant, turi l-figura umana fl-aktar forma elementali u arkajka, bl-użu tal-materjal l-aktar antik, il-ġebla. Is-sulfat tar-ram (bluestone) jinqata’ fi blokok li jitqiegħdu waħda fuq l-oħra biex isawru l-figura umana. Il-modi li biha nħadmet il-ġebla jibqgħu jidhru għal min qed jara l-opra u mhumiex oskurati mill-manipulazzjoni u l-ġarr li jseħħu wara. Il-ħofor, id-daqqiet, u l-qasmiet huma traċċi viżibbli tax-xogħol fil-barrieri fejn il-blokok ittieħdu mill-art. Dan x-xogħol jippermetti lill-ġebel ikun dak li hu: tqil, aħrax u mmarkat mir-riħ u l-elementi.

“the radiant niddedikaha lit-tfal Maltin – tagħhom il-ġejjieni.” Ugo Rondinone

the radiant ta’ Ugo Rondinone se tkun installata fil-Ġonna ta’ Sa Maison, il-Furjana, bħala parti mill-varar tal-kunċett MICAS u se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-13 ta’ Ottubru, 2018,  sal-31 ta’ Marzu, 2019.

Post: Ġonna ta’ Sa Maison, Triq Sa Maison, il-Furjana

Ħinijiet tal-ftuħ:

1 t’Ottubru sa 31 ta’ Marzu: mit-Tnejn sal-Ħadd: 07:00 – 17:00

1 t’April sa 30 ta’ Settembru: mit-Tnejn sal-Ħadd: 07:00 – 19:00

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lil info@micas.art

Stampa: Ugo Rondinone, the radiant, 2018. Korteżija ta’ Studio Rondinone

Dwar l-artist/a

Ugo Rondinone

Ugo Rondinone twieled fl-1964 fi Brunnen, l-Iżvizzera u bħalissa jgħix u jaħdem New York. Rondinone kellu sensiela ta’ wirjiet solo riċenti f’bosta istituzzjonijiet fosthom: Fundación Casa Wabi, Puerto Escondido, il-Messiku; Arken Museum of Modern Art, Ishøj, id-Danimarka; Bass Museum of Art, Miami; Berkeley Art Museum and Pacific Film Archive, Berkeley, California; Contemporary Arts Center, Cincinnati, Ohio; Garage Museum of Contemporary Art, Moska; Place Vendôme, Pariġi; MACRO u Mercati di Traiano, Ruma; The Institute of Contemporary Art, Boston; Carré d’Art, Nîmes, Franza; Museum Boijmans van Beuningen, Rotterdam; Museum Anahuacalli, Belt il-Messiku; Rockbund Art Museum, Shanghai; M Museum, Leuven, il-Belġju; Museum of Cycladic Art, Ateni; Kunsthistorisches Museum Wien, Vjenna; u Museum Dhondt-Dhaenens, Deurle, il-Belġju. Fl-2016, infetaħ barra minn Las Vegas ix-xogħol pubbliku fuq skala kbira ta’ Rondinone ta’ seba’ muntanji maġiċi, koprodott mill-Art Production Fund u n-Nevada Museum of Art. Is-sena ta’ wara, Rondinone kien il-kuratur ta’ wirja madwar New York kollha, “Ugo Rondinone: I ♥ John Giorno,” li ġiet ippreżentata fl-ispazji Artists Space, High Line Art, Howl! Happening, Hunter College Art Galleries, the Kitchen, New Museum, Red Bull Arts New York, Rubin Museum of Art, Sky Art, Swiss Institute, White Columns u 80WSE Gallery.

Kreditu tar-ritratti Christian Grund. Korteżija ta’ Studio Rondinone.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.