Connecting Geographies – from idea to project

12 ta' Ottubru - 12 ta' Novembru 2018

Share this page

Il-wirja se tkun qed tippreżenta l-kunċett tal-MICAS bħala xogħol li għaddej, u għandha l-għan li tipproġetta mill-imgħoddi għall-preżent id-disinn u t-trasformazzjoni arkitettoniċi kunċettwali u kuntestwali tas-sit. Mid-Direttorat tar-Restawr se jinġabru xbihat, ritratti mill-arkivji, klipps, mapep u abbozzi tad-disinn li qed jiġu żviluppati, u dawn se jiġu integrati ħolistikament fl-iżvilupp tad-disinn prodott minn Ipostudio.  Ikkurata minn Dr Ruth Bianco, id-Direttriċi Artistika tal-MICAS, il-wirja se jkollha sura ta’ installazzjoni arkitettonika artistika (li se tinkludi żona skulturali apposta għas-sit, abbozzi, projezzjoni, mudelli u mogħdija diġitali).  Il-wirja kollha hi kunċett ħolistiku li se jintegra l-iżvilupp sperimentali max-xogħol tad-disinn tal-arkitetti professjonisti li ilhom jaħdmu fuq it-tfassil tal-MICAS minn mindu faqqas il-kunċett, flimkien ma’ komponent kreattiv minn studenti tal-arkitettura. Il-parteċipanti ewlenin f’dan il-komponent professjonali huma l-Perit Claude Borg u d-Direttorat tar-Restawr, u l-Professur Carlo Terpolilli u t-tim tiegħu ta’ Ipostudio (l-Italja), li se jkunu qed jaġġornaw il-komponent tad-disinn għall-istadju preżenti. Il-komponent kreattiv tal-istudenti se jintegra intervent artistiku mill-istudenti tal-arkitettura tal-Istudji tal-Ambjent Mibni tal-Università ta’ Malta. Għadd ta’ studenti voluntiera mid-Diploma fl-Istudji tad-Disinn se jkunu qed jipparteċipaw u jassistu mil-lat prattiku bl-installazzjoni ta’ din il-wirja.

Ħinijiet tal-ftuħ: mit-Tnejn sal-Ħadd: 09.00 – 16:30

Post: Taħt is-Soqfa Trolli tal-MICAS (MICAS Barrel Vaults), Bieb il-Pulverista, Triq Joseph J Mangion, il-Furjana

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lil ruth.bianco@micas.art

Sign up for
our Newsletter

No spam included.