Il-figura tal-ġebel hija l-aktar rappreżentazzjoni arketipika tal-forma umana; simbolu elementali tal-ispirtu uman, marbut mal-art iżda mitiku fl-immaġinazzjoni. Il-figura tal-ġebel għal Malta, bit-titlu the radiant, turi l-figura umana fl-aktar forma elementali u arkajka, bl-użu tal-materjal l-aktar antik, il-ġebla. Is-sulfat tar-ram (bluestone) jinqata’ fi blokok li jitqiegħdu waħda fuq l-oħra biex isawru l-figura umana. Il-modi li biha nħadmet il-ġebla jibqgħu jidhru għal min qed jara l-opra u mhumiex oskurati mill-manipulazzjoni u l-ġarr li jseħħu wara. Il-ħofor, id-daqqiet, u l-qasmiet huma traċċi viżibbli tax-xogħol fil-barrieri fejn il-blokok ittieħdu mill-art. Dan x-xogħol jippermetti lill-ġebel ikun dak li hu: tqil, aħrax u mmarkat mir-riħ u l-elementi.
“the radiant niddedikaha lit-tfal Maltin – tagħhom il-ġejjieni.” Ugo Rondinone
the radiant ta’ Ugo Rondinone se tkun installata fil-Ġonna ta’ Sa Maison, il-Furjana, bħala parti mill-varar tal-kunċett MICAS u se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-13 ta’ Ottubru, 2018, sal-31 ta’ Marzu, 2019.
Post: Ġonna ta’ Sa Maison, Triq Sa Maison, il-Furjana
Ħinijiet tal-ftuħ:
1 t’Ottubru sa 31 ta’ Marzu: mit-Tnejn sal-Ħadd: 07:00 – 17:00
1 t’April sa 30 ta’ Settembru: mit-Tnejn sal-Ħadd: 07:00 – 19:00