L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) jippreżenta wirja personali ewlenija mill-pittur Afrikan-Amerikan Reggie Burrows Hodges, li timmarka l-ewwel wirja tal-artist fl-Ewropa.
Intitolat Mela, dan jiġbor flimkien xogħol kompletament ġdid maħluq matul iċ-ċaqliq ta’ Hodges lejn Malta fl-2024, ispirat mill-esperjenzi tiegħu fuq il-gżira fejn involva ruħu fil-kultura u l-istorja tagħha. B’aktar minn 30 pittura ġdida mifruxa madwar l-erba’ sulari ewlenin tal-galleriji tal-mużew, inkluż l-akbar kanvas tal-karriera tiegħu, Mela jirrappreżenta l-aktar xogħol ambizzjuż ta’ Hodges sal-lum.
Hodges (m. 1965, Compton, California) huwa artist magħruf internazzjonalment għall-użu tiegħu tal-pittura bħala forma qawwija ta’ rakkontar ta’ stejjer viżwali u metafora. Mela – kelma Maltija użata ħafna li tfisser “hekk” jew “tajjeb”, li Hodges osserva bħala kelma li tintuża ta’ spiss qabel il-bidu ta’ espressjoni ta’ ħsieb jew idea – testendi l-esplorazzjoni kontinwa tiegħu tal-identità, il-memorja, ix-xogħol u l-esperjenza kollettiva, u b’hekk il-prattika tiegħu tidħol fi djalogu ġdid mal-kuntest Malti. Il-pitturi ġew żviluppati matul is-soġġorn estiż tal-artist fil-gżira, wara r-rilokazzjoni tal-istudjo tiegħu lejn il-Belt Valletta, u huma ffurmati mill-immersjoni tiegħu fil-pajsaġġ soċjali, storiku u ġeografiku ta’ Malta. Mill-kosta mħattba u t-tradizzjonijiet tal-għaw tan-nisa, sa xeni ta’ xogħol agrikolu u fiżiku, dawn ix-xogħlijiet jinkorporaw l-istorja Maltija lokali fi ħdan l-investigazzjoni usa’ ta’ Hodges dwar id-dinjità tal-bniedem u r-reżiljenza.
Ix-xogħlijiet f’Mela jeżemplaw l-idjoma distintiva tal-pittur ta’ Hodges: oriġinarjament imħarreġ fit-teatru u l-film, ix-xogħol tiegħu iżżzewweġ il-forza narrattiva qawwija tiegħu ma’ kompożizzjoni drammatika. Billi jibda b’saff ta’ żebgħa sewda, Hodges jippermetti li l-figuri u l-ambjenti joħorġu permezz tal-ispazju negattiv, u jċaqlaq l-enfasi lil hinn mir-realiżmu deskrittiv u lejn l-atmosfera, il-ġest u l-preżenza psikoloġika.
L-uċuh u l-iġsma spiss ikunu deliberatament indeterminati, u dan jirrifletti l-interess tal-artist fl-ambigwità, ir-relazzjoni li tkun qed tevolvi bejn in-nies u l-madwar tagħhom, u n-natura tal-memorja. Dan l-approċċ jgħaqqad lil Mela mal-prattika usa’ ta’ Hodges, inklużi l-pitturi magħrufa tiegħu li l-għeruq tagħhom jinsabu fil-memorji ta’ tfulitu f’Compton, bl-isfond tagħhom fir-reżilijenza tal-komunità Sewda, u li nspiraw ruħhom minn influwenzi bħal David Driskell, Alex Katz u Milton Avery.
Fost ix-xogħlijiet ewlenin tal-wirja hemm pittura monumentali maħluqa fuq l-iskala eżatta ta’ The Beheading of Saint John the Baptist, ix-xogħol famuż tal-maħrub Caravaggio li tlestiet f’Malta matul l-eżilju tiegġu, u li tibqa’ l-akbar xogħol u l-uniku xogħol iffirmat tal-artist.
Il-kumplament ta’ dawn il-pitturi huma grupp ta’ pajsaġġi tal-baħar ispirati mill-ibħra ta’ Malta u mill-interess kontinwu ta’ Hodges fil-baħar bħala spazju ta’ moviment, migrazzjoni u skambju.
Bħala tmiem għal din il-wirja ewlenija, Hodges ipprogramma xogħol relatat li huwa ibbażat fuq mużika ispirata minn rakkonti ta’ mużika Neolitika minn ċiviltajiet tal-passat madwar Malta u Għawdex. Abbażi tar-reġistrazzjonijiet minn dawn is-siti antiki, Hodges żviluppa qafas mużikali li jittrasforma dan il-materjal f’esperjenza sensorjali.



