Elizabeth A. Povinelli

17 ta' Settembru 2019

Elizabeth A. Povinelli hija antropologa u tagħmel il-films. Professur Franz Boas tal-Antropoloġija f’Columbia University, New York u waħda mill-membri fundaturi tal-Karrabing Film Collective. Il-kitba ta’ Povinelli ffukat fuq l-iżvilupp ta’ teorija kritika tal-liberaliżmu tard li jista’ jirfed antropoloġija tal-inkella jew tal-mod ieħor. Din it-teorija potenzjali ħarġet primarjament minn relazzjoni sostnuta ma’ kollegi mit-tramuntana tal-Awstralja u tul il-produzzjoni ta’ ħames kotba, għadd kbir ta’ esejs, u sitt films mal-Karrabing Film Collective. Geontologies: A Requiem to Late Liberalism rebaħ l-edizzjoni tal-2017 tal-Lionel Trilling Book Award. Karrabing Films ingħataw il-Visible Award tal-2015 u ċ-Cinema Nova Award Best Short Fiction Film tal-2015 fil-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Melbourne, u ntwerew internazzjonalment inkluż fil-Berlinale Forum Expanded, il-Biennale ta’ Sydney Biennale, MIFF, it-Tate Modern, documenta-14, u l-Contour Biennale. Povinelli tgħix u taħdem New York u Darwin.

Ritratt bil-permess ta Elizabeth A. Povinelli.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.