Edith Devaney
4 ta' Ottubru 2018
Kuratriċi tal-Kontemporanju r-Royal Academy of Arts, Edith Devaney ikkokurat il-wirja Jasper Johns; ‘Something Resembling Truth’ fl-2017. Oriġinat ukoll il-kunċett tal-wirja u kienet il-ko-awtriċi tal-esej tal-ftuħ tal-katalgu tal-wirja. Ħadet ħsieb it-tour u l-installazzjoni tal-wirja fit-tieni post fejn saret, The Broad, Los Angeles. Ikkokurat Abstract Expressionism, ir-Royal Academy fl-2016, u l-Guggenheim Bilbao fl-2017. Ikkurat il-wirja taʼ David Hockney 82 Portraits and one still-life, li ttellgħet fi tliet postijiet madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti. Kellha wkoll f’idejha l-kurazija tal-wirja tal-pajsaġġi taʼ Hockney A Bigger Picture, fl-2012, u Richard Diebenkorn fl-2015, kif ukoll il-wirjiet retrospettivi dwar Allen Jones fl-2014 u Bill Woodrow fl-2013. Bħala kap tas-Summer Exhibition tar-Royal Academy of Arts, ħadmet maʼ bosta artisti kontemporanji internazzjonali fil-kurazija ta’ din il-wirja annwali u proġetti u wirjiet speċjali marbuta magħha. Fl’ 2018 stiednet lil Grayson Perry jikkoordina l-wirja u ħadmet miegħu biex wasslu l-aktar Summer Exhibition taʼ suċċess ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena.
Ritrat: Benedict Johnson