Cristiano de Lorenzo

4 ta' Ottubru 2018

Imwieled Ruma fl-1974, Cristiano De Lorenzo ggradwa fl-Istorja tal-Arti mill-Università La Sapienza. Il-karriera varjata tiegħu ħaditu fl-ispettaklu (id-disinn tal-palk u tal-kostumi), mużewijiet (Palazzo Barberini), istituzzjonijiet privati (Fondazione Alda Fendi), il-pubblikazzjoni (Storia dellʼArte, Case da Abitare, Elle Decor, eċċ.), kif ukoll it-tagħlim fl-universitajiet u l-għoti taʼ seminars dwar l-arkitettura kontemporanja l-università statali taʼ Ruma. Il-karriera taʼ Cristiano fis-settur tal-irkanti bdiet Christieʼs London għaxar snin ilu wara li ngħaqad mad-dipartiment tar-relazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Sussegwentament, mar Hong Kong fejn għadda tliet snin imexxi l-uffiċċju taċ-Chairman tal-Ażja. Sentejn ilu, mexa għal Milan fejn sar id-Direttur Maniġerjali tal-fergħaTaljana tal-irkantatur magħruf. Għandu passjoni għal kull forma taʼ arti, disinn, arkitettura u letteratura, u issa għandu kariga korporattiva fis-suq sekondarju tal-arti u spiss jitlaʼ fuq il-podju taʼ Christieʼs biex imexxi rkanti għall-karità fʼkolloborazzjoni maʼ diversi organizzazzjonijiet mingħar skop taʼ qligħ.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.