Conrad Shawcross RA (m. 1977)
L-iskulturi monumentali ta’ Conrad Shawcross huma ispirati bid-dehra ta’ razzjonalità xjentifika, u ta’ spiss jesploraw suġġetti li jinsabu bejn il-fruntieri tal-ġeometrija u l-filosofija, il-fiżika u l-metafiżika.
L-istrutturi tal-artist, ispirati minn teknoloġiji differenti jistgħu jidhru li għandhom l-awtorità tal-magni – imma r-raison d’être tagħhom tibqa’ elużiva, mimlija paradossi u kurżità. Xi wħud għandhom ħsus melankoliċi, waqt li oħrajn ixaqilbu għas-sublimi, jissostitwixxu dak li purament funzjonali ma’ esperjenza fenomenoloġika.
Matul żewġ deċennji , Shawcross sellem lil uħud mill-pijunieri u l-analisti l-kbar, u qies mumenti speċifiċi jew figuri mill-passat. L-arti ta’ Shawcross tilbes mantell ta’ razzjonalità biex taħbi l-qalb aktar poetika tagħha. Tinterroga dak li aħna nqisuh b’benfatt u tinkuraġġina li nħarsu lil hinn mill-fiżiku u niftakru kemm-il perċezzjoni tagħna hi verament limitata.
Shawcross ħadem għadd ta’ kummissjonijiet pubbliċi monumentali madwar id-dinja, fosthom Paradigm (2016) li tinsab barra l-Francis Crick Institute f’Londra, The Optic Cloak (2016) [Il-Mantell Ottiku] li hi twila 50 metru u tinsab fi Greenwich, Exploded Paradigm (2018) [Paradigma Sploduta] li hi twila 18-il metru u tinsab fl-atrium tal-Comcast Technology Center f’Philadelphia, Schism (2020) [Xiżma] li tinsab f’Château La Coste fi Provence, Franza, Enwrought Light Fracture (2022) [Xaqq ta’ Dawl Maħdum] b’tul ta’ erba’ metri u nofs, f’omaġġ għall-poeta W.B. Yeats li tinsab f’Chiswick, u Manifold 5:4 (2023) [Ħafna u varji 5:4] li tinsab fid-daħla ta’ Triq Liverpool għal-linja ferrovjarja Elizabeth. Huwa eżebixxa f’istituzzjonijiet madwar id-dinja, fosthom il-Palais de Tokyo f’Pariġi, il-Mużew Mori f’Tokjo, il-Museum of Old and New Art f’Tażmanja, il-Wadsworth Atheneum f’Connectictut, l-Istati Uniti, in-National Gallery f’Londra, l-ARTMIA f’Beijing, u Château La Coste fi Franza. Riċentament, l-akbar wirja tiegħu fir-Renju Unit sa issa ttellgħet fil-Mathematical Institute, f’Oxford. Huwa rrappreżentat minn Victoria Miro f’Londro, Tucci Russo fl-Italja, u Galerie Isa fl-Indja.
Fl-2013, Shawcross kien elett bħala Akkademiku Rjali fir-Royal Academy of Arts ta’ Londra fil-kategorija tal-iskultura u huwa wieħed mill-iżgħar membri li ġie elett fl-istorja tal-Akkademja.
©️ Conrad Shawcross. Kortesija ta’ l-artist. Stampa ta’ John-Paul Bland.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024