Catherine Tabone
4 ta' Ottubru 2018
Catherine Tabone hija d-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Iggradwat mill-universitajiet taʼ Malta u taʼ Cambridge fejn speċjalizzat fl-istorja kulturali. Tul is-snin, kellha diversi karigi maniġerjali mas-servizz pubbliku Malti u kienet ukoll il-kuratriċi tal-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Is-Sa Tabone nħatret Direttur għall-Kultura fl-2013 bir-responsabbiltà li toħloq politika dwar l-arti, il-patrimonju u l-awdjoviżiv, flimkien maʼ tmexxjia u konsulenza fil-qasam. Kienet involuta direttament fil-laqgħat kollha marbuta mal-kultura, il-patrimonju u l-awdjoviżiv li saru bħala parti mill-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew. Barra minn hekk, xprunat ir-ratifika riċenti taʼ Malta tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2003 dwar il-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli u mexxiet taħditiet u inizjattivi ta’ kollaborazzjoni bejn Malta u s-Santa Sede. Is Sa Tabone hija riċerkatriċi ppubblikata u kienet għal bosta snin membru tal-Bord tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta. Bħalissa qiegħda fuq diversi Bordijiet u Kumitat relatati maċ-ċittadinanza kif ukoll mal-patrimonju naturali u kulturali. Attiva wkoll fʼNGO lokali li tippromwovi l-valorizzazzjoni tas-siti storiċi.