Caroline Tonna
4 ta' Ottubru 2018
Caroline Tonna storiku tal-arti u kuratriċi l-Mużew tad-Dar Storika Palazzo Falson l-Imdina. Għandha Baċċellerati fl-Antropoloġija u l-Istorja tal-Arti u M.A. fl-Istorja tal-Arti. Ikkontribwiet kitbiet lil ġurnali akkademiċi lokali u barranin u tat lekċers dwar is-suġġetti speċjalizzati tagħha li huma l-istorja tal-lbiesi u l-fotografija. Caroline għanda esperjenza estensiva fil-pubblikazzjoni u l-produzzjonijiet kulturali fuq ir-radju u t-televiżjoni. Kienet ukoll membru tal-bord tal-Kunsill Malti tal-Arti.