Il-Professur Carmen Sammut hija l-Pro-Rettur għall-Affarijiet u tal-Istudenti u l-Persunal u għall-KuntattEstern. Hija lettriċi fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (il-Fakultà tal-Arti) fejn serviet ukoll bħala Kap tad-Dipartiment.
Għandha PhD fil-Media u l-Komunikazzjoni minn Goldsmiths College, l-Università ta’ Londra. Kisbet Masters (cum laude), Ċertifikat Post-Gradwat fl-Edukazzjoni (PGCE) u Baċċellerat tal-Arti mill-Università ta’ Malta. Bħalissa tgħallem u tikteb dwar il-ġurnaliżmu, il-komunikazzjonijiet internazzjonali, il-komunikazzjoni politika u l-kwistjonijiet tal-kultura fl-affarijiet internazzjonali. Fl-Università ta’ Malta,tgħallem ukoll il-ġurnaliżmu fil-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien (MAKS).
Carmen Sammut xandara b’esperjenza twila u tidher regolarment bħala analista tal-avvenimenti kurrenti. Bdiet il-karriera tagħha bħala ġurnalista mal-istazzjon tax-xandir nazzjonali fil-bidu tas-snin tmenin, fejn involviet ruħha prinċipalment fil-kitba u l-produzzjoni ta’ aħbarijiet barranin u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti. Mal-wasla tal-pluraliżmu fix-xandir fl-1991, ħadmet għal rasha f’kollaborazzjoni ma’ diversi mezzi tal-midja.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.

© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024