Caesar Attard

16 ta' Ottubru 2020

Caesar Attard huwa artist Malti. Studja l-Iskola tal-Arti ta’ Malta bejn l-1966 u l-1973, u ilu mill-1969 konsistentement attivi fix-xena tal-arti lokali bil-parteċipazzjoni tiegħu f’wirjiet Malta u lil hinn. Kien membru tal-gruppi lokali tal-arti Spectrum ’67, Vision ’74, u Atelier ’56.  Attard kien għalliem tal-Arti mill-1970 sal-1995 u lettur fil-Prattika tal-Arti Viżiva u l-Istorja tal-Arti fid-Dipartiment tal-Arti tal-Junior College tal-Università ta’ Malta bejn l-1995 u l-2011.

Attard ilu mis-sebgħinijiet jesperimenta b’forom mhux tradizzjonali bħal “Human Pantographers – a cybernetic experience” il-Laboratorju tal-Lingwa, il-Kottonera, 1977; “Open-Ended Meta-dimensional Field – 100 Free-standing Units” u wirja parteċipattiva bl-isem “The Artist as Model”, fi Pjazza San Ġorg, il-Belt, 1977;  wirja oħra bl-isem “The Identity Card”  f’attività tal-AŻAD, il-Furjana, 1978; “Graphicon: Icons of memory, Images of Observation, Icons of Manipulation”: proġett multimedjali għal “Art in Malta Today”, fiċ-Ċentru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu għall-Arti Kreattiva, il-Belt, 2000; “Unfinished”, installazzjoni, iċ-Ċentru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu., Valletta, 2007; u “Tonguesgate”, f’ “Milkshake” – a collective Multimedia Arts project, il-Belt, 2013.

Attard ħa sehem f’bosta wirjiet, fosthom il-Galleria Renzo Spagnoli, Firenze, 1988; Rathaus Hardtberg, Bonn-Duisdorf, il-Ġermanja, 1992; Palais des Nations, Ġinevra, 2001; “Searching for Caravaggio”, installazzjoni l-Belt Valletta, 2007; “Made in MT – Maltese Art Now” Brussell, 2014; Hof De Bist – 252CC, Antwerp, 2018; “rajt ma rajtx – naf li rajt”, Valletta Contemporary, Valletta, 2021. Kellu wkoll diversi wirjiet solo: “Drawings”, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta, in 1980; l-Amabaxxata ta’ Malta f’Moska, 1986; “Fear and Risk”, il-Furjana, 1987; “Life and Passion”, Auberge de Provence, Valletta, 1992; “Paintings and Drawings”, il-Gallerja l-Ġdida, Auberge de Provence, Valletta, 1994; u “ → ”, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, Valletta fl-2007; “Caesar Attard: a Retrospective Exhibition” il-Kwartieri tal-Bank of Valletta, Santa Venera, 2007;  “H-ardcore, installazzjoni multimedjali ċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, Valletta, 2013; “B/s/b” l-M.S.A, Valletta, 2017.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.