Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS

12 - 13 ta' Ottubru 2019

Share this page

Ingħaqad magħna għall-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS li se jsir mit-12 sat-13 ta’ Ottubru 2019.

Wara t-tnedija b’suċċess tal-kunċett tal-MICAS flimkien mal-artist dinji Ugo Rondinone, il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) iħabbar bi pjaċir kbir kollaborazzjoni mas-Serpentine Galleries ta’ Londra għall-preżentazzjoni ta’ xogħol mill-artist rivoluzzjonarju Pierre Huyghe. Imweiled Pariġi fl-1962 u bbażat bejn New York , l-Istati Uniti, u Santiago, iċ-Ċili, Pierre Huyghe jaħdem fuq sitwazzjonijiet li sikwit huma mseja fuq mudelli spekulattivi. L-ambjneti li joħloq huma sistemi kumplessiu fejn aġenti interdipendenti, bijotiċ u abijotiċi, reali u simboliċi, jorganizzaw lilhom infushom u jikkoeveolvu f’nisġa dinamika u instabbli.

Il-wirja Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe tinsab fl-ekosistema dinamika ta’ Wied il-Luq, il-Buskett, bejn il-kontinwità u s-separazzjoni ta’ sistemi interkonnessi. Tinkludi skultura ta’ figura femminili mogħmija, qiegħda kokka, xehda naħal, u sett ta’ skambji bejn il-flora u l-fawn ata’ madwarha. Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-12 ta’ Ottiubru mid-9 AM sas- 3 PM. ARA L-AVVENIMENT

Il-weekend se jinkludi wkoll it-Taħditiet tal-Arti tal-MICAS, diskussjonijiet immexxija mid-Direttur Artistiku tas-Serpentine Galleries Hans-Ulrich Obrist, u l-Kuratur tal-Wirjiet u d- Design Rebecca Lewin. It-Taħditiet tal-Arti tal-MICAS se jseħħu s-Sibt it-12 ta’ Ottubru l-MUŻA, il-Belt Valletta, fejn se jkun hemm kelliema mistiedna lokali u internazzjoni li se jiddiskutu temi marbuta max-xogħol Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe. ARA L-AVVENIMENT

Dan jiġi segwit filgħaxija mill-attività ta’ ġbir ta’ fondi tal-MICAS, l-Art Party: HONEY, miġjub għall-ħajja vibranti u s-sofistikazzjoni super chic minn ħadd aktar mid-designer Francis Sultana f’kollaborazzjoni ma’ Immersive Cult. DJ internazzjonali se jkun qed jipprovdi l-mużika għal dan il-party maġiku. ARA L-AVVENIMENT.

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS jagħalaq bil-Mixja tal-Arti tal-MICAS. Nhar il-Ħadd filgħodu t-13 ta’ Ottubru, id-direttriċi artistika tal-MICAS Ruth Bianco se tmexxi tour ta’ Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe f’ Wied il-Luq, Buskett Gardens, akkumpanjata mit-tim ta’ Golden Island, in-naħħala Ray Sciberras u Denise Camilleri. ARA L-AVVENIMENT

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS qed jiġi organizzat bl-appoġġ ġentili ta’l-Air Malta, Heritage Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmuil-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, u d-Direttorat tar-Restawr.

Il-missjoni tal-MICAS hija li tkompli tkabbar l-għarfien dwar l-arti kontemporanja u l-mistoqsijiet li tqajjem għas-soċjetà fuq livell nazzjonali. Għandu wkoll il-missjoni li tqiegħed lil Malta fuq ix-xena tal-arti internazzjoni billi turi xogħlijiet ta’ artisti ta’ fama dinjija.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.