Shadow Colour Pavilion

20 - 21 ta' Novembru

Share this page
Share on facebook
Share on twitter
Share on email

F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Valletta Cultural Agency (VCA) u ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora,  il-MICAS jippreżenta x-Shadow Colour Pavilion,  esperjenza sensorjali immersiva li toffri lill-viżitaturi l-opportunità għal impenn kreattiv permezz tal-logħob u d-divertiment.

Ix-Shadow Colour Pavilion juża kulur tad-dawl pur biex il-viżitaturi jidħlu għal esperjenza ta’ stimolazzjoni viżiva hekk kif jesploraw il-perċezzjoni tal-kulur, id-dawl, id-dell, u l-ispazju. Il-viżitaturi ta’ kull età huma mistiedna jipparteċipaw b’mod attiv u jesploraw il-kreattività tagħhom billi jimxu fi ħdan il-paviljun u jiġġeneraw diversi dellijiet ikkuluriti. Dan l-avveniment ta’ jumejn se jiġi ffaċilitat mill-komunikaturi tal-MICAS u tal-Esplora li se jiggwidaw lill-viżitaturi hekk kif jiskopru aktar dwar id-dawl, il-kulur u d-dell.

Ix-Shadow Colour Pavilion huwa inizjattiva tal-Programm għall-Edukazzjoni u l-Komunità maħsub biex irawwem u jsaħħaħ l-involviment tal-komunità u tal-viċinat filwaqt li jagħti prijorità lill-inklużjoni u l-parteċipazzjoni usa’.

L-edukazzjoni hija fil-qalba tal-mandat tal-MICAS u l-għan tagħna huwa li nneħħu l-ostakli u nagħmlu l-involviment tal-arti u kreattiv kontemporanju aċċessibbli għal kulħadd.

DATI: 20 & 21 ta’ Novembru 2021.

POST: Pjazza San Ġorġ, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

ĦIN: 10:00 sat-15:00, 17:00 sal-22:00 (agħżel is-slot tiegħek matul il-ħinijiet tal-ftuħ).

DĦUL: Dħul b’xejn, imma permezz ta’ booking biss. Iċ-ċertifikat tat-tilqim kontra l-COVID-19 irid jiġi ppreżentat mad-dħul. Tfal ta’ ‘l fuq minn 12-il sena għandhom ikunu mlaqqma biex jidħlu. Tfal taħt it-12-il sena jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn kustodju mlaqqam. Il-maskri tal-wiċċ għandhom jintlibsu matul l-avveniment kollu.

IBBUKKJA HAWN: https://www.visitmalta.com/en/events-in-malta-and-gozo/event/shadow-colour-pavilion-2021/

GĦAL AKTAR TAGĦRIF IKKUNTATTJA LIL: events@micas.art

 

Ix-Shadow Colour Pavilion għandu l-appoġġ tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, L-Arti u L-Gvern Lokali.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.