Is-Sibt filgħaxija nhar it-13 ta’ Ottubru, il-MICAS se jniedi Inizjattiva għad-Donaturi waqt pranzu gala fil-bini storiku tal-Każin Malti l-Belt. Se jattendu din l-attività rappreżentanti ta’ mużewijiet internazzjonali ewlenin kif ukoll artisti u kollezzjonisti importanti, flimkien ma’ membri tal-istampa. Dan se jiżgura kopertura medjatika sinifikanti, sew lokali sew internazzjonali, u b’hekk il-MICAS jiġi ppożizzjonat fuq quddiem tax-xena tal-arti kontemporanja internazzjonali. Din l-attività ta’ ġbir ta’ fondi se tinkludi wkoll spettaklu u irkant ta’ lussu.
Ħin: 19:30
Post: Casino Maltese (Il-Każin Malti), 247, Triq ir-Repubblika, Valletta
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lil events@micas.art
Stampa: Ritratt bil-permess tal-Każin Malti