Nippreżervaw il-Passat/Nipprogrammaw għall-Futur

28 ta' Ottubru 2023

Share this page

Fid-dawl tal-ftuħ tal-MICAS fl-2024, din il-lekċer ewlenija u d-diskussjoni mill-panel li se ssegwi se jeżaminaw il-ħtieġa li mużewijiet u istituzzjonijiet tal-arti mingħajr skop ta’ qligħ iħarsu ’l quddiem kif ukoll lura, biex jippreżervaw il-wirt tagħhom waqt li wkoll jistinkaw biex jirriflettu kontinwament l-aspettattivi dejjem jevolvu tal-kostitwenti u l-komunitajiet li huma jservu.

Timothy Rub, id-Direttur Emeritu George D. Widener tal-Philadelphia Museum of Art se jagħti l-Lekċer Ewlenija tal- Weekend Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta fuq invit mill-MICAS

Timothy Rub, irtira riċentament wara li mexxa għal 12-il sena wieħed mill-aktar mużewijiet artistiċi enċiklopediċi importanti fid-dinja, kien iċċelebrat matul il-karriera twila tiegħu bħala wieħed mill-aktar mexxejja kulturali importanti u ta’ ispirazzjoni ta’ żmienu. L-esperjenza rikka li kiseb, mhux biss mill-kariga tiegħu fil-Philadelphia Museum of Art, imma anki permezz tar-rwol ta’ direttur li kellu fil-Cleveland Museum of Art, is-Cincinnati Art Museum, u l-Hood Museum of Art fil-Kulleġġ ta’ Darmouth, għaġnu l-fehim profond tiegħu tan-natura u l-għan tal-mużewijiet tal-arti u l-imperattiva biex dawn kontinwament iġeddu lilhom infushom mill-ġdid fi tweġiba għall-aspettattivi dejjem jinbidlu tas-soċjetajiet, kemm lokali kif ukoll globali, li huma jservu.

L-ewwel sessjoni: Il-leċer ewlenija 

Permezz tal-programmi ta’ bini u espansjoni li huwa ħa ħsieb bħala każi ta studju, Timothy Rub se jagħti lekċer illustrattiva li tindirizza l-isfidi affaċċjati mill-mużewijiet mhux biss biex jippreżervaw l-imgħoddi – imma aktar importanti – biex jidħol f’konverżazzjoni kreattiva mal-preżent bil-għan li jinvolvi udjenzi ġodda. Huwa se jargumenta li l-impenn għall-kontinwità kif ukoll il-bidla huma l-muftieħ biex jintlaħaq dan l-għan.

Wara l-lekċer, se jkun hemm sessjoni qasira ta’ mistoqsija u tweġiba.

It-tieni sessjoni: Id-diskussjoni tal-panel

Wara waqfa qasira, se jkun hemm diskussjoni mill-panel immoderata mid-Direttriċi Artistika tal-MICAS, Edith Devaney flimkien ma’ Timothy Rub, Waqas Wajahat, Conrad Shawcross u Dr Georgina Portelli. Id-diskussjoni se taqbad fuq il-ħafna temi introdotti mil-lekċer ewlenija u tiżviluppa fuqhom, waqt li se titfa’ l-attenzjoni fuq ħafna minn dawn it-truf tal-MICAS u l-ftuħ imminenti tiegħu.

Il-panel se jiddiskuti l-arja wiesgħa tal-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet artistiċi ġodda u eżistenti u se jiddiskuti kif żviluppi bħal dawn jevolvu r-relazzjoni tagħhom mal-komunitajiet, kemm artistiċi kif ukoll pubbliċi, li huma jservu. Proġetti bħal dawn, kif jistgħu jibdlu l-perċezzjonijiet minn barra tal-komunità/il-post fejn jinsabu? L-edukazzjoni, inkluż dik tul il-ħajja għall-adulti, sa liema punt hija fokus ewlieni  ta’ arti bħal dawn li jiffokaw fuq żviluppi ġodda, u x’mekkaniżmi l-universitajiet u l-iskejjel jistgħu jinvolvu u jinteraġixxu bihom ma’ organizzazzjonijiet artistiċi b’mod sinifikanti? Il-pożizzjoni tal-artisti f’dan il-kuntest se tiġi esplorata wkoll, inkluż kif istituzzjonijiet globali differenti jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ ambjenti li fihom tista’ teżebixxi xogħol u kif is-sens ta’ komunità u l-istorja tal-istituzzjoni jew il-post jistimulaw approċċi differenti għall-għażla u l-eżebizzjoni tal-arti. L-ekoloġija ġenerali tad-dinja tal-arti li tinkludi galleriji kummerċjali, djar tal-irkant u kollezzjonisti se jkunu wkoll ikkunsidrati, flimkien mal-investiment tagħhom fis-settur mingħajr skop ta’ qligħ, u kif l-appoġġ tagħhom jista’ jinfluwenza b’mod pożittiv l-istituzzjonijiet pubbliċi.

Wara d-diskussjoni mill-panel se jkun hemm sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba.

INGĦAQAD MAGĦNA

Id-data: Is-Sibt, 28 ta’ Ottubru 2023

Il-ħin: 10:00 – 13:00 (il-kafè se jkun servut fid-9:30)

Il-lokazzjoni: Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Il-post: Il-Gran Salone

Il-ħlas: B’xejn, ibbukkja hawnhekk: (form link)

Se jkunu wkoll ipprovduti KAFÈ BĦALA MERĦBA, IKLA ĦAFIFA u SERVIZZI GĦAT-TFAL.

Preserving the Past/Programming for the Future hija parti mill-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS u hija appoġġjata mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), id-Direttorat tar-Restawr, Visit Malta u Heritage Malta.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.