MICAS Art Party

29 ta' Ottubru 2023

Share this page

B’ċelebrazzjoni tal-ħames edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS, il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS), bi pjaċir se jospita l-Festin Annwali Artistiku ta’ Ġbir ta’ Fondi.

Il-festin artistiku ta’ din is-sena se jiċċelebra What is to become is already here [Dak li għandu jseħħ diġà hawn], wirja ta’ tliet settijiet ta’ xogħlijiet distinti mill-artist Brittaniku rinomat Conrad Shawcross.

Michele Tufigno, il-kreattiv bbażat f’Malta se jikkura dan il-festin li se jsir fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Birgu, li se jkun mibdul b’mod speċjali għall-okkażjoni. Ilbies: Disco Chic!

Ejja u esperjenza lejl ta’ sofistikazzjoni u divertiment f’ċelebrazzjoni tal-arti kontemporanja. Il-qligħ minn din l-attività se jmur għall-Programm Artistiku Internazzjonali tal-MICAS.

Id-data: It-28 ta’ Ottubru 2023 Il-post: Il-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Birgu Il-ħin: Mit-20:00 sa tard Il-booking huwa obbligatorju. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Louise Cutajar permezz ta’: E: louise-josephine.cutajar@micas.art M: +356 79049448

Sign up for
our Newsletter

No spam included.