l-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS

27 sad-29 ta' Ottubru 2023

Share this page

l-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS se jerġa’ jittella’ fis-27, it-28 u d-29 ta’ Ottubru 2023 u se jiffoka fuq żewġ attivitajiet ewlenin – il-kxif tal-iskultura ta’ Conrad Shawcross fil-lokazzjoni tal-MICAS, u l-lekċer ewlenija ppreżentata minn Timothy Rub, id-Direttur Emeritu George D. Widener tal-Philadelphia Museum of Art, dwar it-tema tar-responsabbiltà tal-mużewijiet biex jappoġġjaw il-kontinwità kif ukoll il-bidla.

Ninsabu eċitati biex inħabbru li l-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS ta’ din is-sena se jippreżenta What is to become is already here [[Dak li għandu jseħħ diġà hawn], wirja ta’ tliet xogħlijiet distini tal-artist Brittaniku Conrad Shawcross. Il-MICAS ħadem mill-qrib ma’ Shawcross biex jikkura wirja tax-xogħlijiet tiegħu madwar is-sit tal-MICAS stess, li issa jinsab fl-aħħar stadji ta’ bini tiegħu. Shawcross kien wieħed mill-ewwel artisti li żar Malta bħala mistieden tal-MICAS u immedjatament ħass rabta mal-istorja u l-ġeografija ta’ Malta, ispira ruħu mill-pożizzjoni tas-sit tal-MICAS, l-istorja tiegħu, il-qrubija lejn il-baħar u l-marina, u l-veduti li jippermetti mis-sulari għolja tiegħu. It-titlu ta’ din il-wirja jalludi għan-natura tagħha: preludju u xenqa għal dak li ġej fil-MICAS, li se jiftaħ is-sena d-dieħla. L-isem daqstant ieħor riferenza diretta għall-fatt li waqt li l-MICAS lest biex jiftaħ dalwaqt, il-bini l-ġdid jinsab fil-fortifikazzjonijiet storiċi li ilhom jeżistu għal mijiet ta’ snin u li raw storja mill-aktar inkredibbli. It-titlu jissuġġerixxi sens ta’ tħabbir minn qabel, ta’ ħwejjeġ mhux magħrufa, inviżibbli li bdew jimmaterjalizzaw, involviment ta’ forzi li wkoll mhux magħrufa, ta’ eżitu pridestinat.

Nhar il-Ħadd, 29 ta’ Ottubru, filgħodu, Conrad Shawcross u d-Direttriċi Artistika Edith Devaney se jmexxu tour u jitkellmu dwar What is to become is already here. Din hija l-ewwel darba li se jkun hemm xogħlijiet installati ġos-sit ta’ MICAS u aċċess għal dan il-kumpless se jkun possibbli biss permezz ta’ bbukkjar minn qabel. ARA L-EVENT

Fid-dawl tal-ftuħ tal-MICAS fl-2024, il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS se jinkludi wkoll lekċer ewlenija mid-Direttur Amerikan tal-Mużewijiet rinomat, Timothy Rub. Imsemmija Preserving the Past/Programming for the Future [Nippreżervaw il-Passat/Nipprogrammaw għall-futur]: din il-lekċer ewlenija minn Timothy Rub se tkun segwita minn diskussjoni mill-panel li se tkun immoderata mid-Direttriċi Artistika Edith Devaney. Timothy Rub innifsu, Waqas Wajahat, Conrad Shawcross u Dr Georgina Portelli se jkunu parti mill-panel. Kemm il-lekċer, kif ukoll id-diskussjoni se jiffukaw fuq il-ħtieġa tal-mużewijiet u l-istituzzjonijiet tal-arti mingħajr skop ta’ qligħ li jħarsu ’l quddiem kif ukoll lura, biex jirriflettu l-aspettattivi li dejjem jevolvu tal-kostitwenzi u l-komunitajiet li huma jservu. Din se ssir nhar is-Sibt, 28 ta’ Ottubru fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta. ARA L-EVENT

Filgħaxija, Preserving the Past/Programming for the Future se tkun segwita mill-MICAS Annual Fundraiser Art Party [Il-Festin Annwali ta’ Ġbir ta’ Fondi tal-MICAS] ikkurat mill-kreattiv ibbażat f’Malta, Michele Tufigno u se jsir fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Birgu, li se jkun mibdul b’mod speċjali għall-okkażjoni. ARA L-EVENT

Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS huwa appoġġjat mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), id-Direttorat tar-Restawr, Visit Malta u Heritage Malta.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.