L-Arti u d-Dinja Diġitali

13 ta' Mejju 2023

Share this page

Sabiex tiċċelebra t-tnedija tal-wirja virtwali tal-MICAS tax-xogħol ta’ artisti kontemporanji Maltin—Between Sea and Landinstallat fi ħdan l-ambjent 3D virtwali li jissimula l-ispazji tal-wiri li għad iridu jinfetħu, il-MICAS qed jorganizza dibattitu dwar l-intersezzjoni tal-arti u d-dinjiet diġitali.

Bħalissa diversi artisti qed jaħdmu parzjalment jew bi sħiħ bil-forma diġitali, inklużi l-Intelliġenza Artifiċjali, u għalhekk jiftħu jdejhom għal ħafna mill-opportunitajiet li dan l-istrument dejjem jiżviluppa ta’ teknoloġija jippermetti. L-għeluq ta’ mużewijiet u galleriji matul il-pandemija riċenti rat addozzjoni veloċi tal-possibilitajiet li tippreżenta l-arti b’mod online, bil-pubbliku involut fl-arti fis iħaddan il-kunċett ta’ esplorazzjoni u fehim tal-arti fil-forma mhux fiżika. Il-qawmien tal-NFTs fi ħdan din il-klima wessa’ aktar il-fruntieri ta’ kif l-arti tiġi evalwata.

Permezz ta’ panel li se jlaqqa’ flimkien tnejn mill-artisti li se jeżebixxu fil-wirja online ta’ MICAS, il-kuratur tal-wirja, u xjenzist u intraprenditur, se niddiskutu dan ix-xenarju ġdid u li qed jinbidel, u li qed ikompli jimpatta kull aspett tad-dinja tal-arti, waqt li nesploraw ir-rebħiet u d-diffikultajiet tar-relazzjoni bejn id-dinja tal-arti u tad-diġitali.

Id-diskussjoni se tiġi ppreseduta minn Edith Devaney, President tal-Kumitat Kreattiv ta’ MICAS u se tinkludi l-kuratriċi tal-wirja, l-istorika indipendenti tal-arti Jo Baring, xjentist tal-intelliġenza artifiċjali u intraprenditur Angelo Dalli, u l-artisti kontributuri Matthew Attard u Austin Camilleri.

L-istorika tal-arti Katya Micallef se tagħti introduzzjoni qasira qabel id-diskussjoni.

 

INGĦAQAD FID-DISKUSSJONI

DĦUL: b’xejn imma strettament permezz ta’ booking. Irreġistra hawn: https://forms.gle/iEnv9GfRcVwU4qR59  

DATA: It-13 ta’ Mejju 2023

ĦIN: 10:00 – 12:30 (Kafè bħala merħba fl-10:00)

POST: MA Grima Hall, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar l-Antik, il-Belt Valletta

Sign up for
our Newsletter

No spam included.