KONFERENZA EDUKATTIVA TAL-MICAS: L-ARTI KONTEMPORANJA FL-ISPAZJI PUBBLIĊI URBANI

17 ta' Settembru 2022

Share this page

“L-ispazji urbani huma ekoloġija kreattiva dinamika mmexxija mill-interazzjoni umana ma’ ambjent mibni. Fl-ispazji soċjali kontestati ħafna ta’ pajsaġġ urban b’għadd kbir ta’ tensjonijiet soċjali, politiċi u ambjentali, x’inhu r-rwol tal-arti kontemporanja fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-kreazzjoni ta’ postijiet, għal parteċipazzjoni usa’ u għar-riġenerazzjoni tal-komunitajiet?”

Bħala parti mill-Fergħa tal-Edukazzjoni u l-Programmazzjoni Komunitarja tal-MICAS (MEC), l-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) se jorganizza konferenza nhar is-Sibt is-17 ta’ Settembru 2022, għand The Malta Chamber il-Belt Valletta. Matul dan l-avveniment, kelliema lokali u internazzjonali minn diversi dixxiplini kreattivi u mill-akkademja ser ikunu qed jesploraw ir-rwol tal-Arti Kontemporanja fl-Ispazji Pubbliċi Urbani. 

 

Sessjoni 1: Preżentazzjoni ewlenija minn Richard Noble

Sessjoni 2: Preżentazzjoni ewlenija minn Jean-Paul De Lucca

Sessjoni 3: Diskussjoni. Kelliema: Georgina Portelli, Joseph Magro Conti, Marco Sammicheli, Caesar Attard. Immexxija minn Richard Noble

 

INGĦAQAD MAL-KONVERŻAZZJONI! 

DATA: is-17 ta’ Settembru 2022

ĦIN: 9:00 – 14:30 

POST:  The Malta Chamber, 64, The Exchange Buildings, Triq il-Repubblika, Valletta, fis-Sala Agostino Portelli

DĦUL: Dħul b’xejn, imma permezz ta’ booking biss. L-ispazju huwa limitat. Irreġistra hawn sal-11 ta’ Settembru 2022

 

Dan l-avveniment huwa appoġġjat mill-Awtorità Maltija tat-TuriżmuHeritage Malta u Iniala Harbour House.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.