Anne Hardy

Anne Hardy

29 ta' Jannar 2021

Imwielda r-Renju Unit.
Tgħix u taħdem Londra, ir-Renju Unit.

Anne Hardy magħrufa internazzjonalment għall-fotografija tagħha u għall-istallazzjonijiet skulturali fuq skala kbira jew ‘FIELDwork’, li jgħaqqdu materjali fiżiċi mad-dawl u l-ħoss sabiex joħolqu ambjenti immersivi u senswali. Dawn ix-xogħlijiet jinbtu minn postijiet li hi ssejħilhom ‘rqajja’ ta’ spazju selvaġġ’ – ħofor fl-ispazju urban fejn jinġabru l-materjali, l-atmosferi u l-emozzjonijiet. 

Anne Hardy ġiet reċentement ikkummissjonata minn Tate Britain, Londra biex toħloq ‘The Depth of Darkness, the Return of the Light’ għall-Kummissjoni tax-Xitwa annwali tagħhom. Fl-2019, Hardy ġiet mistiedna tikkura l-Arts Council Collection, fejn ħolqot stallazzjoni sensorja speċifika għas-sit, ‘The Weather Garden’ fit-Towner Art Gallery, ir-Renju Unit (2019). Wirjiet solo u kummissjonijiet reċenti jinkludu ‘Sensory Spaces #13’, Museum Boijmans van Beuningen, in-Netherlands (2018), Museum Marta Herford Museum, il-Ġermanja (2018), ‘Falling and Walking (phhhhhhhhhhh phossshhhhh crrhhhzzz mn huaooogh), Leeds Art Gallery (2018) u ArtNight, London (2017). Xogħol Hardy jinsab f’kollezzjonijiet pubbliċi ewlenin fosthom; Tate, Victoria and Albert Museum, British Council, Arts Council Collection, u Leeds Art Gallery. Hardy kellha residenzi artistiċi l- Camden Arts Centre, London fl-2011 u Live in the Studio at Modern Art Oxford fl-2014. Fl-2021 se tkun Artista Residenti The Chinati Foundation, Marfa, Texas u se tiġi wkoll inkluża fil-wirja itineranti British Art Show 9, Londra, ir-Renju Unit. 

Anne Hardy hija rrappreżentata minn Maureen Paley.

Ritratt: © Erna Klewall
Bil-permess ta Anne Hardy u Maureen Paley, London / Hove

Sign up for
our Newsletter

No spam included.