Andrew Cranston

Andrew Cranston (m. 1969) twieled f’Hawick fi Scottish Borders. Illum jgħix u jaħdem fi Glasgow. Xogħlu jirrappreżenta dinjiet qishom ħolm imsejsa fi spazji liminali f’ambjenti domestiċi. Huwa studja fi Gray’s School of Art, Aberdeen, u wara lesta l-istudji postgradwatorji tiegħu fir-Royal College of Art, fejn kien mgħallem minn Peter Doig u Adrian Berg.

Marbuta ma’ kwalità emozzjonali f’saffi u l-pathos tal-ħajja kwotidjana, kif ukoll sens qawwi ta’ post, sija reali, sija immaġinat, il-pitturi ta’ Cranston bit-titli evokattivi tagħhom, għandhom narrattivi konvinċenti u intriganti bi kwalità ta’ fakriet fi speċi ta’ collage ta’ ħolm u dak li huwa jsejjaħ bħal ‘diżtfakkir kreattiv’ jew: ‘burdata, l-atmosfera tagħha… il-pittura hija att ta’ tfakkir u nisi, satar u kxif, telfa u sejba tat-triq.’

Xogħlu ġie esebit f’wirjiet riċenti individwali fil-Modern Art, Pariġi (2024); Hepworth Wakefield, Wakefield (2023); Ingleby Gallery, Edinburgu (2023); Modern Art, Londra (2022). Xogħlijietu kienu wkoll parti minn wirjiet kollettivi fosthom The Moth and the Thunderclap, Modern Art, Londra (2023); The Inner Island, Villa Carmignac (2023); Dreamhome, Art Gallery of New South Wales, Sydney (2022) Royal Academy, Londra (2022); Jerwood Gallery, Hastings (2019).

Ix-xogħol ta’ Cranston jinsab f’kollezzjonijiet madwar id-dinja fosthom: TATE, Londra, ir-Renju Unit; Loewe Foundation, Madrid, Spanja; He Art Museum, Shunde, iċ-Ċina; H+, Suzhou, iċ-Ċina; Royal College of Art, Londra, ir-Renju Unit; Hawick Museum, Royal Scottish Academy, Edinburgu, ir-Renju Unit; National Gallery of Scotland, ir-Renju Unit; Art Gallery of New South Wales, Sydney, l-Awstralja; Hall Art Foundation, Vermont, l-Istati Uniti; Institute of Contemporary Art, Miami, l-Istati Uniti; Portland Art Museum, Oregon, l-Istati Uniti,  u l-Aïshti Foundation, Bejrut.

Il-wirja ta’ Cranston li ttellgħet bejn l-2023 u l-2024, What made you stop here? f’The Hepworth Wakefield kienet l-ewwel wirja individwali tiegħu f’gallarija pubblika. Din ikkonsistiet fi 38 pittura ġdida u riċenti li jvarjaw minn tili fuq skala kbira sa xogħlijiet intimi impittra fuq qxur tal-kotba antiki meħjuta bl-għażel, b’temi li jinkludu oġġetti inanimati, pajsaġġi, xeni ta-baħar, ritratti, u xeni interjuri.

Skip to content