Servizz ta’ Gabbana tal-Ikel Mobbli

Espressjoni ta' Interess

MICAS/EOI/14/2024:

Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal Servizz ta’ Gabbana tal-Ikel Mobbli fil-Malta International Contemporary Art Space (MICAS).

L-Isfond

Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddiem meta jiġi varat dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja.

Il-MICAS mistenni jiftaħ fil-ħarifa tal-2024. Il-MICAS mhux biss se jkun vetrina għall-artisti kontemporanji lokali iżda se jikkollabora wkoll ma’ istituzzjonijiet internazzjonali madwar id-dinja biex jippreżenta xogħlijiet rivoluzzjonarji minn artisti prestiġġjużi minn madwar id-dinja.

Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih. Il-missjoni tal-MICAS hija li jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha. Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.

 

L-Intenzjoni

Provvediment ta’ gabbana tal-ikel mobbli fil-MICAS għal tnax-il (12) xahar.

 

Deskrizzjoni

 

Il-gabbana tal-ikel mobbli se tkun qed topera mis-sit tal-MICAS f “Ospizio Complex”, Bieb il-Pulverista, Triq Joseph J Mangion, il-Furjana. Is-servizz għandu jingħata għal perjodu ta’ tnax-il (12) xahar li jibda mis-27 ta’ Ottubru 2024, sakemm ma jiġix ordnat mod ieħor.

 

L-operatur tal-gabbana tal-ikel mobbli għandu jkun kompletament indipendenti minn kwalunkwe fornitur jew fornitur ta’ servizzi u għandu jaġixxi biss fl-interessi tal-klijent u fil-kisba tal-objettivi ddokumentati mill-MICAS.

 

Il-Lista ta’ Obbligazzjonijiet mill-kuntrattur:

 

1.    Pagamenti

 

L-offerent magħżul mhux mistenni li jħallas kera lill-MICAS jiġifieri, l-offerent magħżul se jkun qed jokkupa ż-żona indikata u jipprovdi s-servizz mingħajr ħlas ta’ kera IŻDA l-MICAS se jitlob ħlas kull xahar li jirrappreżenta 7% tal-bejgħ li jkun sar matul ix-xahar ta’ qabel. L-offerent magħżul irid jippreżenta rapport ta’ kull xahar tal-bejgħ tiegħu lill-MICAS, li fih jiddikjara l-għadd u l-valur tal-bejgħ li jkun sar matul ix-xahar ta’ qabel.

 

Il-pagamenti lill-MICAS jistgħu jsiru b’ċekk jew permezz ta’ trasferiment bankarju.

 

2.    Sottokuntrattar

 

                        i.     L-offerent magħżul ma jista’ jassenja ebda parti minn dan il-ftehim jew xi wieħed mid-drittijiet u l-obbligi mniżżla, lil parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-MICAS. F’każ ta’ sottokuntrattar, l-offerent magħżul għandu jippreżenta ċ-ċertifikati relevanti kollha mitluba mill-MICAS qabel ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

                      ii.     L-offerent magħżul għandu jitlob l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-MICAS qabel ma jidħol f’sottokuntratt. L-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq is-servizzi li se jiġu sottokuntrattati u l-identità tas-sottokuntrattur intenzjonat. Il-MICAS għandu fi żmien ġimgħa waħda (1) minn meta jirċievi n-notifika, jinnotifika lill-offerent magħżul bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu, u f’każ li ma jagħtix din l-awtorizzazzjoni jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

                    iii.     L-ebda sottokuntratt ma jista’ joħloq relazzjonijiet kuntrattwali bejn kwalunkwe sottokuntrattur u l-MICAS.

                    iv.     L-offerent magħżul għandu jkun responsabbli għall-azzjonijiet, in-nuqqasijiet u n-negliġenza tas-sottokuntratturi tiegħu, kif ukoll tal-esperti, l-aġenti, jew l-impjegati tiegħu, daqslikieku kienu l-azzjonijiet, in-nuqqasijiet, jew in-negliġenza tiegħu stess, l-esperti, l-aġenti, jew l-impjegati tiegħu. L-approvazzjoni tal-MICAS tas-sottokuntrattar jew ta’ kwalunkwe parti tal-kuntratt jew tal-ingaġġ mill-offerent magħżul u mis-sottokuntratturi biex iwettqu kwalunkwe parti mis-servizzi ma teħlisx lill-offerent magħżul minn kwalunkwe obbligu mniżżel fil-kuntratt.

                      v.     Jekk sottokuntrattur jinstab mill-MICAS li huwa inkompetenti fit-twettiq ta’ dmirijietu, il-MICAS jista’ minnufih jitlob lill-offerent magħżul, jew biex jipprovdi sottokuntrattur bi kwalifiki u esperjenza aċċettabbli għall-MICAS bħala sostitut, jew biex jerġa’ jibda jwettaq is-servizzi huwa stess.

                    vi.     Qabel tingħata l-approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 2.2, l-Awtorità tal-Kuntrattar għandha tiżgura li s-sottokuntrattur ma jaqa’ taħt ebda mill-kriterji ta’ esklużjoni u ma jkunx imniżżel fil-lista s-sewda skont it-Taqsima VI tar-Regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi.

                  vii.     Fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, is-sottokuntrattur irid jiżgura li jikkonforma mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-Liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew mid-dispożizzjoni internazzjonali dwar il-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Iskeda 12 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

                 viii.     Dawk is-servizzi fdati lil sottokuntrattur mill-offerent magħżul ma jistgħux jiġu fdati lill-partijiet tas-sottokuntrattur.

                    ix.     Il-MICAS ma għandux jintrabat mas-sottokuntrattur u r-relazzjoni legali tkun biss mal-offerent rakkomandat kif previst fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

                      x.     Kwalunkwe bidla fis-sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-MICAS għandha titqies bħala ksur tal-kuntratt.

 

3.    Il-Leġiżlazzjoni Nazzjonali

 

L-offerent magħżul jintrabat li jikkonforma mal-Kapitolu 424 tal-Liġijiet ta’ Malta (L-Att Dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-2000) u mar-regolamenti/avviżi legali kollha li jiffurmaw parti minn dan l-Att, kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni, regolamenti, standards u/jew kodiċi ta’ prattika nazzjonali oħra, fis-seħħ matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li jirrigwardjaw kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà kif japplikaw għas-sitwazzjoni operattiva partikolari tal-offerent magħżul u n-natura tal-attivitajiet tax-xogħol.

 

4.    Assigurazzjoni u Indennizz

 

                        i.     L-offerent magħżul għandu jindennizza lill-MICAS kontra kull dannu soffert f’kull u f’kwalunkwe pretensjoni fi kwalunkwe ħin li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt. Fil-każ li jsiru xi talbiet kontra l-MICAS, l-offerent magħżul, bi spejjeż tiegħu stess għandu jmexxi kwalunkwe litigazzjoni li tista’ tinqala’ minn kwalunkwe negozjati għal saldu.

                      ii.     L-offerent magħżul għandu jieħu assigurazzjoni kontra obbligazzjoni legali lil partijiet terzi, fl-ismijiet konġunti tal-MICAS u tiegħu, fir-rigward ta’ mewt jew korriment lil kwalunkwe persuna, fosthom l-impjegati u l-persunal tiegħu, l-impjegati jew il-viżitaturi tal-MICAS jew telf ta’ jew ħsara lil kwalunkwe beni li jistgħu jirriżultaw minn jew b’konsegwenza tas-servizz li jkun qed jiġi pprovdut, u kontra kull proċedimenti ta’ talbiet, id-danni, l-ispejjeż, it-tariffi u l-ispejjeż kollha jkunu xi jkunu fir-rigward tagħhom jew fir-relazzjoni tagħhom.

                    iii.     L-offerent magħżul għandu jiżgura li l-assigurazzjoni tal-gabbana tal-ikel mobbli hija mħallsa kollha skont ir-Regolamenti Nazzjonali.

                    iv.     L-offerent magħżul għandu jipprovdi għal polza tal-assigurazzjoni komprensiva fir-rigward taż-żona/i allokata/i lilu. Din l-assigurazzjoni għandha tinkiseb fuq bażi tar-Riskji Industrijali Kollha (IAR) u s-suġġett tal-assigurazzjoni għandu jinkludi l-bini, inklużi l-aperturi u t-tagħmir kollha, kwalunkwe oġġetti fil-miftuħ, tined, kif ukoll kwalunkwe tagħmir tal-Gvern ta’ Malta u li l-offerent magħżul se jsib fiż-żona allokata għalih.

                      v.     L-offerent magħżul għandu wkoll jassigura ruħu b’polza ta’ assigurazzjoni sħiħa ta’ responsabbiltà ta’ terzi (TPL) għal limitu ta’ indennizz ta’ mhux inqas minn €500,000 għal kull inċident. Din għandha tinkludi klawżola ta’ kontroresponsabbiltà li tali assigurazzjoni għandha tapplika għall-kuntratt u l-MICAS bħala entitajiet assigurati separati. L-offerent magħżul għandu jżomm din il-polza mid-data tal-bidu sal-iskadenza tal-kuntratt. Din għandha tkopri wkoll it-tagħmir kollu fiż-żoni allokati lill-offerent magħżul. Jekk l-offerent magħżul jonqos milli jipprovdi tali assigurazzjoni, il-MICAS jista’ jissottoskrivi u/jew jestendi tali poloz tal-assigurazzjoni għall-ispejjeż tal-offerent magħżul. L-offerent magħżul irid ikun ukoll kopert permezz ta’ Assigurazzjoni għar-Responsabbiltà tal-Impjegatur li tkopri lill-impjegati tiegħu kif applikabbli.

 

Il-politika TPL trid tinkludi l-estensjonijiet li ġejjin:

 

Ikel u Xorb;

Obbligazzjoni tal-Prodott;

Obbligazzjoni tal-Inkwilin;

Klawsola dwar Kontroresponsabbiltà.

 

                    vi.     Il-polza tal-assigurazzjoni trid tinħareġ f’isem l-offerent magħżul u l-MICAS għad-drittijiet u l-interessi rispettivi tagħhom.

                  vii.     Fi żmien ħmistax-il (15) ġurnata tax-xogħol mill-iffirmar tal-ftehim kuntrattwali, l-offerent magħżul għandu jippreżenta skedi tal-polza relatati mal-koperturi tal-assigurazzjoni kif mitlub f’din l-espressjoni ta’ interess. Barra minn hekk, l-offerent magħżul għandu, fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol mill-iskadenza ta’ kull perjodu tal-polza, jippreżenta approvazzjonijiet jew skedi ta’ tiġdid, skont liema jkun applikabbli, li jikkonfermaw it-tiġdid tal-poloz meħuda skont din l-espressjoni ta’ interess.

                 viii.     L-offerent magħżul għandu jipprovdi għal polza tal-assigurazzjoni komprensiva, ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni, għaż-żona indikata u l-interess tal-MICAS għandu jiġi ddikjarat mal-assiguraturi. Il-polza tal-assigurazzjoni għandha tkopri wkoll l-obbligazzjoni pubblika, u d-danni lil klijenti terzi. Kopja tal-polza tal-assigurazzjoni għandha tingħata lill-MICAS fi żmien xahar mill-iffirmar tal-kuntratt.

 

 

 

5.    Terminazzjoni tal-Kuntratt

 

                        i.     Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-gvern li jxolji “ipso jure” l-kuntratt fil-każ ta’ ksur ta’ xi kundizzjoni taħtu u minbarra t-tnaqqis stabbilit għad-dewmien fit-twettiq il-MICAS jirriżerva d-dritt li jitlob id-danni attwali mġarrba mill-offerent magħżul.

                      ii.     Barra minn hekk, il-MICAS jista’ jtemm il-kuntratt wara li javża  sebat (7) ijiem qabel lill-offerent magħżul fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

 

·      L-offerent magħżul jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt.

·      L-offerent magħżul jonqos milli jissottometti r-rapport tal-bejgħ ta’ kull xahar lill-MICAS meħtieġ għall-ħlas ta’ 7% tal-bejgħ tiegħu.

·      L-offerent magħżul jonqos milli jikkonforma fi żmien raġonevoli mogħti mill-MICAS li jirrikjedi li fih jagħmel tajjeb għan-negliġenza jew in-nuqqas vis-à-vis it-twettiq tal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li jaffettwaw serjament l-eżekuzzjoni xierqa u f’waqtha tas-servizz ipprovdut.

·      L-offerent magħżul jirrifjuta jew jittraskura li jwettaq ordnijiet amministrattivi mogħtija mill-MICAS.

·      L-offerent magħżul jassenja l-kuntratt jew jissottokuntratta l-kuntratt mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-MICAS.

·      L-offerent magħżul ifalli jew għaddej minn proċess ta’ likwidazzjoni, qed ikollu l-affarijiet tiegħu amministrati mill-qrati, daħal f’arranġament mal-kredituri, issospenda l-attivitajiet tan-negozju, huwa s-suġġett ta’ proċedimenti li jikkonċernaw dawk il-kwistjonijiet, jew jinsab fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali.

·      L-offerent magħżul jinstab ħati ta’ reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tiegħu b’ sentenza li għandha s-saħħa ta’ “res judicata”.

·      L-offerent magħżul kien ħati ta’ mġiba professjonali ħażina gravi ppruvata b’ kull mezz.

·      L-offerent magħżul kien is-suġġett ta’ sentenza li għandha s-saħħa ta’ “res judicata” għal frodi, korruzzjoni, involviment f’organizzazzjoni kriminali jew kwalunkwe attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-UE.

·      L-offerent magħżul jonqos milli jipprovdi l-garanziji jew l-assigurazzjoni meħtieġa, jew il-persuna li tipprovdi l-garanzija jew l-assigurazzjoni sottostanti ma tkunx tista’ tonora l-impenji tagħha.

                    iii.     L-offerent magħżul jew ir-rappreżentant delegat tiegħu jistgħu, wara t-terminazzjoni abbażi tal-punti ta’ hawn fuq, jonoraw is-servizzi huma stess, jew jikkonkludu kwalunkwe kuntratt ieħor ma’ parti terza, bi spejjeż tal-offerent magħżul stess. L-obbligazzjoni tal-offerent magħżul għad-dewmien fit-tlestija tieqaf minnufih meta l-Awtorità tal-Gvern Ċentrali ttemm il-kuntratt mingħajr preġudizzju għal kull obbligazzjoni marbuta miegħu li setgħet diġà nħolqot.

                    iv.     Meta l-kuntratt jiġi tterminat abbażi tal-punti ta’ hawn fuq, l-offerent magħżul ma għandux jiġi kkumpensat għall-ispiża tiegħu.

                      v.     Mat-terminazzjoni tal-kuntratt jew malli jirċievi avviż ta’ dan, l-offerent magħżul għandu jieħu passi immedjati biex iwaqqaf is-servizz fil-pront u b’mod ordnat u b’tali mod li l-ispejjeż jinżammu minimi.

                    vi.     Il-MICAS għandu, mill-aktar fis possibbli, jiċċertifika l-ammont dovut mill-offerent magħżul fid-data tat-terminazzjoni.

                  vii.     Jekk it-terminazzjoni tal-kuntratt tkun attribwibbli lill-offerent magħżul, dan ma jkunx intitolat li jitlob għal kumpens għal kwalunkwe telf jew dannu mġarrab.

 

6.    Il-Persunal

 

L-impjieg tal-persunal għandu jkun ir-responsabbiltà unika tal-offerent magħżul li għandu jiżgura konformazzjoni ma’ din l-espressjoni ta’ interess, mar-regolamenti dwar l-impjieg u l-leġiżlazzjoni marbuta mas-sigurtà soċjali. L-impjegati kollha li jipprovdu servizz fil-gabbana tal-ikel mobbli irid ikollhom fil-pussess tagħhom ċertifikati marbuta mal-preparazzjoni tal-ikel jew xi ċertifikat ieħor kif stipulat fil-Liġi Maltija.

 

7.    Il-Liċenzji u t-Taxxi

 

L-offerent magħżul għandu jikseb u jġedded kwalunkwe liċenzja meħtieġa skont il-liġi biex jopera ż-żona indikata. Il-liċenzji għandhom jitħallsu mill-offerent magħżul. Il-VAT u kwalunkwe taxxa relevanti dovuta għall-operat taż-żona indikata hija r-responsabbiltà unika tal-offerent magħżul.

 

8.    Is-Saħħa u s-Sigurtà

 

                        i.     L-offerent magħżul huwa responsabbli li jiżgura li ż-żona indikata għandha tinżamm fi stat tajjeb u li jiġu osservati r-Regolamenti kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

                      ii.     L-offerent magħżul huwa marbut li jikkonforma mal-Att Dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2000 (Kap 424 tal-Liġijiet ta’ Malta) u ma’ kull regolamenti/avviżi legali li huwa parti minn dan l-Att; kif ukoll ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni, regolamenti, standards, u/jew kodiċi ta’ prattiki oħra nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li jirrigwardjaw kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, kif japplikaw għas-sitwazzjoni operattiva partikolari tal-offerent magħżul u n-natura tal-attività tax-xogħlijiet.

                    iii.     L-offerent magħżul għandu jipprovdi t-tagħmir kollu relatat mas-saħħa u s-sigurtà kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Maltija, prattika tajba, kif meħtieġ mill-MICAS u kif jista’ jiġi spjegat aktar fid-dettall f’dan il-kuntratt.

                    iv.     L-offerent magħżul għandu jalloka r-riżorsi kollha meħtieġa biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-operaturi, u ta’ kwalunkwe persuna li s-servizzi jistgħu jaffettwaw. L-offerent magħżul għandu jintrabat li jwettaq il-valutazzjonijiet kollha meħtieġa tar-riskju, il-proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà u jżomm id-dokumentazzjoni relevanti kollha ta’ sostenn kif mitlub mil-leġiżlazzjoni Maltija, japplika prattika tajba u kif jista’ jintalab mill-MICAS. Il-MICAS iżomm id-dritt li jispezzjona f’dan ir-rigward u jekk l-offerent magħżul jinstab mhux konformi, il-MICAS għandu jitlob lill-offerent magħżul biex jimxi mar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà immedjatament.

 

9.    Il-Manutenzjoni

 

L-offerent magħżul huwa responsabbli għat-tindif, il-manutenzjoni u ż-żamma taż-żona indikata.

 

10. Struzzjonijiet mill-MICAS

 

L-offerent magħżul jintrabat li josserva l-obbligi kollha imposti fuqu mill-kuntratt u li jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-MICAS jew minn dawk delegati lilu.

 

11. Il-Ħinijiet tal-ftuħ tal-Gabbana tal-Ikel Mobbli

 

                        i.     L-offerent magħżul għandu d-dritt li jiftaħ u jaħdem mill-gabbana tal-ikel mobbli f’dawn is-sigħat li ġejjin:

·      It-Tnejn: 08.00 – 20.00;

·      It-Tlieta: 08.00 – 20.00;

·      L-Erbgħa: 08.00 – 20.00;

·      Il-Ħamis: 08.00 – 20.00;

·      Il-Ġimgħa: 08.00 – 20.00;

·      Is-Sibt: 08.00 – 20.00;

·      Il-Ħadd/Festi Pubbliċi: 08.00 – 20.00.

 

                      ii.     Il-gabbana tal-ikel mobbli tista’ wkoll tinfetaħ f’ħinijiet mhux stipulati hawn fuq.

                    iii.     Jekk tinħass il-ħtieġa, l-offerent magħżul jista’ jintalab joffri s-servizz mill-gabbana tal-ikel mobbli f’jiem u f’ħinijiet differenti minn dawk imsemmija fi Klawsola 11 (a). Il-MICAS jinforma direttament lill-offerent magħżul jekk tinqala’ l-ħtieġa.

 

12. Ikel u Xorb għall-Bejgħ mill-Gabbana tal-Ikel Mobbli

 

a.    L-offerent magħżul għandu joffri dan l-ikel u xorb imsemmi hawn isfel:

·      Sandwiches;

·      Wraps;

·      Ħobż;

·      Għaġin;

·      Ross;

·      Pizza;

·      Torti;

·      Burgers;

·      Ikel tal-għaġina u kejkiet;

·      Xorb sħun u kiesaħ.

b.    F’termini ta’ prezzijiet, filwaqt li l-prezzijiet fuq il-menù għandhom ikunu raġonevoli, il-MICAS jitlob li jiġi offrut skont ta’ 5% lill-impjegati kollha tiegħu li jużaw is-servizzi mill-gabbana tal-ikel mobbli.

c.    L-offerent magħżul irid jesebixxi b’mod ċar il-menù bil-prezzijiet ta’ kull prodott għall-bejgħ.

 

Nota dwar il-VAT

 

L-offerent magħżul huwa marbut bl-obbligu kif muri fit-13-il Skeda, Artikolu 51, Klawsola 7 – riċevuti fiskali tal-leġiżlazzjoni tal-VAT. Dan il-Kapitolu tal-leġiżlazzjoni jista’ jinstab segwit f’din il-ħolqa:

http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8872.

 

13. L-Iġjene, l-Indafa, il-Kondotta dwar is-Saħħa


            i.     L-offerent magħżul għandu jżomm ruħu infurmat u aġġornat dwar id-diversi regolamenti relatati mas-sigurtà tal-ikel speċjalment rigward dawk il-liġijiet ippubblikati f’ din l-espressjoni ta’ interess. L-offerent magħżul irid jopera l-gabbana tal-ikel mobbli skont dawn ir-regolamenti.

               ii.     L-offerent magħżul huwa responsabbli għaż-żamma taż-żona indikata u tal-gabbana tal-ikel mobbli u jara li dawn jinżammu nodfa l-ħin kollu. Kemm l-offerent magħżul kif ukoll kull impjegat tiegħu jridu jilbsu ħwejjeġ nodfa l-ħin kollu. Huwa importanti wkoll li l-offerent magħżul u l-impjegati tiegħu jużaw pinzetti u ingwanti tal-ikel meta jbigħu u jqassmu l-ikel.

                  iii.     L-offerent magħżul irid jiżgura li jkun hemm kaxxa tal-ewwel għajnuna u apparat għat-tifi tan-nar disponibbli.

            iv.     L-ikel ippreparat minn qabel bħall-ħobż, eċċ. għandu jintwera għall-bejgħ imgeżwer f’materjal trasparenti u ppreżentat b’ tali mod li jkun protett mill-kontaminazzjoni kollha possibbli. Ikel li ma jistax jitgeżwer irid jinżamm mgħotti.


L-offerent rakkomandat għandu jiżgura li kwalunkwe allerġeni jiġu indirizzati u li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata.


                     v.     Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jinbiegħu prodotti tal-ikel jew xorb wara d-data ta’ skadenza tagħhom.

                    vi.     Il-MICAS jista’ joġġezzjona fir-rigward tal-preżenza ta’ impjegat tal-offerent magħżul fil-gabbana tal-ikel mobbli li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-klawżoli preċedenti ta’ dan il-kuntratt. F’każ bħal dan, il-MICAS huwa awtorizzat jordna lill-offerent magħżul biex itemm l-impjieg ta’ din il-persuna fil-gabbana tal-ikel mobbli.

                 vii.     L-offerent magħżul irid jirreġistra t-trakk mobbli tal-ikel mal-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Ikel kif mitlub bl-Avviż Legali 180/2001, sa mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-ewwel data tal-operat.

 

14. Kundizzjonijiet ta’ Natura Ġenerali


                  i.     L-offerent magħżul irid jipprovdi gabbana tal-ikel mobbli u t-tagħmir kollu meħtieġ għat-tmexxija tal-gabbana tal-ikel mobbli u jassumi r-responsabbiltà li jipprovdi dak kollu meħtieġ biex jitwasslu servizzi iġjeniċi effiċjenti. L-ilma u d-dawl se jkunu pprovduti mill-MICAS. L-offerent magħżul irid ikun mgħammar b’ġeneratur f’każ ta’ qtugħ ta’ dawl.

              ii.     Uffiċjal tas-sigurtà se jiġi pprovdut mill-MICAS erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

                 iii.     L-offerent magħżul jista’ jgħammar iż-żona magħżula disponibbli bi mwejjed u siġġijiet biex jakkomoda lill-klijenti tiegħu. Il-mod ta’ kif jitqassmu l-imwejjed u s-siġġijiet maħsuba biex jintużaw mill-offerent magħżul jeħtieġ li jiġi approvat mill-MICAS qabel ma jinkisbu xi permessi biex jitqiegħdu xi mwejjed u siġġijiet. L-offerent magħżul irid jakkwista l-permessi kollha meħtieġa sabiex ipoġġi l-imwejjed u s-siġġijiet skont il-Liġijiet ta’ Malta.

                    iv.     L-offerent magħżul għandu jikseb il-permessi jew liċenzji kollha meħtieġa li l-Liġijiet ta’ Malta jistipulaw sabiex jopera trakk tal-ikel mobbli.

       v.     L-offerent magħżul huwa obbligat li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tad-Dipartiment tal-VAT.

               vi.     L-offerent magħżul għandu japplika għall-permess ta’ bejjiegħ fit-triq mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

                 vii.     L-offerent magħżul għandu jiżgura li l-liċenzji kollha tat-triq tal-gabbana tal-ikel mobbli huma konformi ma’ kif inhu mitlub minn Transport Malta skont ir-Regolamenti Maltin.

               viii.     L-offerent magħżul għandu jiżgura li t-taxxi tiegħu kollha mħallsin u aġġornati skont ir-Regolamenti ta’ Malta.

 

15. Estensjoni tal-kuntratt


Il-MICAS jista’ jestendi l-validità tal-kuntratt bl-istess ħlasijiet u kundizzjonijiet. F’każ li tkun meħtieġa estensjoni, l-offerent magħżul irid jiġi infurmat bil-quddiem permezz ta’ avviż bil-miktub.

 

16.  Osservanza ta’ kull Regolament ta’ Malta Applikabbli


                        i.     L-offerent magħżul irid jiżgura u jippreżenta lill-MICAS li l-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa biex titħaddem gabbana tal-ikel mobbli huma fis-seħħ. L-offerent magħżul għandu wkoll jikkonforma mar-Regolamenti ta’ Malta kollha fis-seħħ biex jopera gabbana tal-ikel mobbli.

                      ii.     L-offerent magħżul għandu jżomm ruħu infurmat u aġġornat u li se jaġixxi b’mod rett skont il-liġijiet li jirregolaw is-sigurtà tal-ikel.

                    iii.     L-offerent magħżul għandu jiżgura li s-servizzi pprovduti jitwettqu skont il-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw is-saħħa u s-sigurtà.


17. L-offerent magħżul


L-offerent magħżul ma jistax jassenja jew jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu skont dan il-ftehim lil partijiet terzi.

 

 

18.Eżekuzzjoni tal-kuntratt


Il-kuntratt għandu jibda mid-data tal-aħħar firma fuq il-kuntratt.

 

Ir-Rekwiżiti:

 

Persuni interressati għandhom iressqu dawn li ġejjin:

 

·      Ritratti/immaġni tal-gabbana tal-ikel mobbli.

·      Disinn tal-menù li se jiġi offrut bi prezzijiet ċari.

·      Il-liċenzji kollha meħtieġa mir-Regolamenti t’a Malta biex tiġi operata gabbana tal-ikel mobbli.

·      Ċertifikat tal-VAT.

·      Assigurazzjoni tal-gabbana tal-ikel mobbli.

·      Prova li l-liċenzji tat-triq tal-gabbana tal-ikel mobbli huma aġġornati.

 

It-tul tal-kuntratt


Il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt għandu jkun ta’ tnax-il (12) xahar.

 

Pagamenti

 

Il-MICAS se jiġbor il-ħlas li jirrappreżenta s-7% tal-bejgħ mingħand l-offerent magħżul sa mhux aktar tard mill-15-il jum tax-xahar. Rapport ta’ kull xahar dwar il-bejgħ irid jasal għand l-uffiċċji tal-MICAS kull xahar li juri l-bejgħ li jkun sar matul ix-xahar ta’ qabel. Jekk l-offerent magħżul ma jikkonformax ma’ dan ta’ hawn fuq, il-MICAS iżomm id-dritt li jtemm il-kuntratt wara li javża bil-miktub.

 

Talbiet ta’ kjarifikazzjoni


Dawk interessati jistgħu jressqu kwalunkwe talba għal kjarifika lill-MICAS billi jibagħtu email indirzzata lill-people@micas.art sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, il-25 ta’ Settembru f’nofsinhar CET.

 

Dawk interessati huma avżati li noti ta’ kjarifika, interpretazzjonijiet, korrezzjonijiet jew tibdil fl-Espressjoni ta’ Interess se jittellgħu fuq https://micas.art/get-involved/.

 

Dawk interessati huma avżati li kwalunkwe nota ta’ kjarifika, interpretazzjoni, korrezzjoni jew tibdil fl-Espressjoni ta’ Interess se tikkostitwixxi parti integrali minn din l-Espressjoni ta’ Interess u huma l-offerenti li għandhom jiżguraw li s-sit web jiġi rivedut regolarment qabel ma jissottomettu l-offerta tagħhom.

 

Tressiq tal-offerti


Dawk interessati li huma eliġibbli li japplikaw għandhom jindikaw l-interess tagħhom billi jibagħtu d-dokumenti kollha mitluba skont ir-rekwiżiti billi jibagħtu email indirizzata lil people@micas.art sa mhux aktar tard minn  nhar l-Erbgħa, it-2 ta’ Ottubru 2024 f’ nofsinhar CET, u jindikaw is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni ta’ Interess (MICAS/EOI/14/2024).

 

Interess imressaq b’modi oħrajn ma jiġix ikkunsidrat.

 

Emails imressqin wara d-data ta’ skadenza għat-tressiq ma jiġux ikkunsidrati. Ma tiġi aċċettata ebda obbligazzjoni għal rifjut ta’ kwotazzjonijiet mibgħuta tard.

 

Din l-Espressjoni ta’ Interess ma tikkostitwixxix offerta biex tidħol f’xi kuntratt mal-MICAS. Il-MICAS, fl-ebda każ mhu se jassumi responsabbiltà għal tali spejjeż imġarrba minn offerenti prospettivi, tkun xi tkun l-imġiba jew l-eżitu tal-proċedura kompetittiva mibdija skont din l-Espressjoni ta’ Interess, inkluż il-kanċellazzjoni.

 

Rekwiżiti għall-għażla u l-għotja


Dawk interessat, biex jitqiesu eliġibbli għall-għoti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, iridu jipprovdu evidenza li jissodisfaw jew jaqbżu ċerti kriterji minimi deskritti taħt it-Taqsima tal-Ħiliet u r-Rekwiżiti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

Il-kuntratt jingħata lill-offerent interessat li jressaq l-aktar ħiliet u rekwiżiti sodisfaċenti mitluba f’din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

-Għażla u l-Evalwazzjoni


Kull sottomissjoni tiġi ttrattata bl-aktar mod strett mill-bord tal-għażla u tiġi vvalutata skont il-kriterji msemmijin hawn isfel:


 

Marki għall-Kriterji ta’ Evalwazzjoni

 

Liċenzji u Assigurazzjoni

60

Obbligatorji

Il-liċenzji kollha meħtieġa mir-Regolamenti ta’ Malta biex tiġi operata gabbana tal-ikel mobbli:

30

 

Ċertifikat tal-VAT:

10

 

Assigurazzjoni li tkopri l-gabbana tal-ikel mobbli:

10

 

Liċenzji tat-triq relevanti għall-gabbana tal-ikel mobbliL

10

 

Disinn

30

Obbligatorji

Disinn tal-gabbana tal-ikel mobbli:

10

 

Disinn tal-menù bl-ikel kollu elenkat fl-Espressjoni tal-Interess u l-prezzijiet relevanti:

20

 

 

Marka minima: 60; Marka totali: 100.

 

Il-MICAS jirriżerva d-dritt li jagħżel u/jew jirrifjuta kwalunkwe offerta jew l-offerti kollha mressqa jew li jagħżel sottomissjonijiet multipli kif meħtieġ biex jissodisfaw il-ħtiġijiet deskritti f’dan id-dokument ta’ Espressjoni ta’ Interess. Jekk l-ebda sottomissjoni ma titqies sodisfaċenti, il-MICAS jirriżerva d-dritt li jassenja l-kuntratt lil fornitur tas-servizz ieħor li mhux neċessarjament kienu involut f’din l-Espressjoni ta’ Interess. Id-deċiżjoni tal-MICAS f’dan ir-rigward hija finali u vinkolanti. 

Skip to content