Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal Kordinatur tal-Avvenimenti fuq bażi Part-Time fi ħdan il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS)
Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu wkoll il-femminil.
Il-MICAS qed ifittex Kordinatur tal-Avvenimenti dinamiku u b’esperjenza fuq bażi part-time biex jaħdem mill-qrib mad-Dipartiment tal-Avvenimenti u l-Loġistika. Il-MICAS itella’ wirjiet, rappreżentazzjonijiet, funzjonijiet privati, konferenzi, u avvenimenti komunitarji, li jilqgħu udjenzi varji.
L-Isfond
Il-MICAS irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni.
Il-MICAS mhuwiex biss vetrina għall-artisti lokali kontemporanji imma jikkollabora wkoll ma’ istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħlijiet innovattivi ta’ artisti rinomati minn madwar id-dinja. Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju.
Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu l-arti kontemporanja billi noħolqu kuxjenza pubblika dwar l-importanza tagħha fil-ħajja moderna, u biex nitfgħu dawl fuq kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif ninterpretaw u nsawru d-dinja li ngħixu fiha.
Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.
Is-Servizzi Meħtieġa
Il-MICAS qed ifittex Kordinatur tal-Avvenimenti motivat u b’għajn għad-dettall biex jgħin lit-tim tal-avvenimenti. Il-kandidat magħżul irid kun preżenti matul l-avvenimenti, l-aktar filgħodu kmieni, filgħaxija, u matul tmiem il-ġimgħa, biex jiżgura li l-aspetti kollha tal-operat jaħdmu ħarir. Il-Kordinatur tal-Avvenimenti jkun preżenti mill-bidu sal-aħħar, u jservi bħala l-persuna ewlenija li tikkollabora bejn il-klijenti, it-timijiet tal-manutenzjoni u l-operat, u l-Maniġer tal-Avvenimenti u l-Loġistika.
Dan huwa rwol dinamiku li jeħtieġ flessibbiltà, ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni, u l-kalma u l-professjonalità anki f’sitwazzjonijiet diffiċli.
Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin
Il-Ħinijiet tax-Xogħol
L-applikant magħżul se jintalab jaħdem sa 30 siegħa fil-ġimgħa skont il-ħtieġa, filgħodu kmieni, filgħaxija, fi tmiem il-ġimgħa u f’festi pubbliċi. Jista’ jkun ukoll meħtieġ jaħdem sigħat addizzjonali, fosthom filgħaxija u matul tmiem il-ġimgħa, speċjalment fit-tħejjija finali għal avvenimenti tal-MICAS jew matulhom.
Il-Ħiliet u l-Ħtiġijiet
Sad-data u l-ħin tal-iskadenza ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, l-applikanti jeħtieġ ikollhom:
Kuntratt għat-Termini tas-Servizz
Il-Ħlas: Is-servizz jitħallas bir-rata ta’ €13.00 kull siegħa, il-VAT eskluża.
Il-Kuntratt: Dan huwa ‘Kuntratt għal Servizz’ ta’ tliet (3) snin li għandu l-possibbiltà jiġġedded għal sena waħda (1) oħra.
Il-Ħinijiet tax-Xogħol:
L-applikanti eliġibbli se jiġu mistiedna għal intervista biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tagħhom għal din l-irwol.
Il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza mistqarra jridu jissostnew b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, u kopji
tagħhom iridu jinhemżu mal-applikazzjoni flimkien mal-applikazzjoni. Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew it-
testimonjanzi għandhom jintwerew għal verifikazzjoni waqt l-intervista.
Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat u mwaħħal fuq l-avviżiera tal-MICAS.
Il-persuni interessati għandhom jibagħtu email bl-aħħar Curriculum Vitae tagħhom, kopji taċ-
ċertifikati u portafoll flimkien ma’ ittra li tispjega kif il-ħiliet u l-esperjenza tagħhom jistgħu
jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din is-sejħa fuq people.micas@micas.art.
Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: 3 ta’ Novembru 2025.
Applikazzjonijiet li jaslu wara d-data u l-ħin tal-applikazzjoni (jiġifieri applikazzjonijiet tard) ma jiġux ikkunsidrati.
L-applikanti jingħataw sa jumejn (2) tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza jew jumejn (2) tax-xogħol wara notifikazzjoni, liema hija l-aktar riċenti, biex iressqu kwalunkwe dokumenti neqsin, mhux korretti, jew mhux sħaħ.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023