Office Attendant (Visitor Services)

Espressjoni ta’ Interess

Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għall-Kariga ta’ Skrivan/a fil-Qasam tas-Servizzi lill-Viżitaturi fuq bażi Part-Time fi ħdan il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS)

 

Il-MICAS qed ifittex ta’ Skrivan/a fil-Qasam tas-Servizzi lill-Viżitaturi fuq bażi part-time dinamiku/a u b’esperjenza biex j/taħdem mill-qrib u j/twettaq il-viżjoni u l-missjoni tal-MICAS.

L-Isfond

Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni.

Il-MICAS mhux biss vetrina għall-artisti kontemporanji lokali imma wkoll qed jingaġġa ma’ istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħlijiet innovattivi ta’ artisti rinomati minn madwar id-dinja. Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih.

Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu l-arti kontemporanja billi noħolqu kuxjenza pubblika dwar l-importanza tagħha fil-ħajja moderna, u biex nitfgħu dawl fuq kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif ninterpretaw u nibnu d-dinja li ngħixu fiha.

Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.

 

Is-Servizzi Meħtieġa

Il-persuna magħżula se tirrapporta lill-Kontrollur Finanzjarju u l-Maniġer tal-Avvenimenti u l-Loġistika. Teħtieġ ukoll tgħin fil-ħruġ tal-biljetti u l-ġbir tal-flus, tilqa’ lill-viżitaturi u tingħata dmirijiet ġenerali marbutin mal-akkoljenza.

 

Ir-Responsabbiltajiet Ewlenin 

– J/Tilqa’ u j/tidderiġi lill-viżitaturi.

– J/Tiġbor il-flus tal-biljetti, meta dawn ikunu meħtieġa, u j/toħroġ il-biljetti.

– I/Tbigħ katalgi, kotba, karti postali u souvenirs fil-ħanut tal-MICAS.

– J/Taqdi dmirijiet marbutin mal-akkoljenza bħal tweġibiet ta’ telefonati u emails; żamma ta’ rekords u teħid ta’ bookings.

– J/Tgħin fiż-żamma taż-żona tal-akkoljenza nadifa u ordnata.

– J/Tassumi responsabbiltà fis-sorveljar tat-teħid ta’ bookings.

– J/Tiżgura rikonċiljazzjonijiet sħaħ u korretti fir-rapportar fi tmiem il-jum.

– J/Tiżgura salvagwardar tal-flus mill-bejgħ tal-biljetti.

– J/Tassumi responsabbiltà fil-ġestjoni ta’ funzjonijiet fil-back-end tas-sistema tal-bookings.

– J/Tassumi responsabbiltà fit-tħejjija ta’ rapportar intern fil-ħin kif mitlub mit-tmexxija.

– J/Taqdi dmirijiet addizzjonali kif mitlub/a mill-Kontrollur Finanzjarju, il-Maniġer tal-Avvenimenti u l-Loġistika u l-Kap Eżekuttiv.

 

Il-Ħinijiet tax-Xogħol

Il-persuna magħżula tintalab taħdem sa 20 siegħa fil-ġimgħa, kif meħtieġ, biex tkopri x-xifts tal-Iskrivani fil-Qasam tas-Servizzi lill-Viżitaturi. Dawn jistgħu jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi. Ħinijiet addizzjonali, anki filgħaxija, jistgħu jkunu meħtieġa, speċjalment waqt avvenimenti tal-MICAS jew fit-tħejjija għalihom.

 

 Il-Ħiliet u r-Rekwiżiti

Sad-data u l-ħin ta’ skadenza ta’ din l-espressjoni ta’ interess, il-kandidati jrid ikollhom:

– Kwalifikazzjoni rikonoxxuta fil-Livell 3 tal-MQF fil-Matematika, il-Malti, u l-Ingliż JEW tliet snin esperjenza f’uffiċċju jew bħala kaxxier(a).

– Kondotta tal-pulizija nadifa.

– Ħiliet interpersonali, organizzattivi, ta’ preżentazzjoni u komunikazzjoni (permezz ta’ kitba u oralment bil-Malti u l-Ingliż) żviluppati tajjeb u ħiliet ta’ trattament tajjeb tal-klijenti.

– Għarfien ta’ prattiċi/proċeduri ġenerali ta’ uffiċċju u metodi bażiċi ta’ kontabbiltà għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-flus tal-ħanut tal-MICAS.

– Abbiltà ta’ ħidma indipendenti jew bħala membru f’tim vis-à-vis id-dmirijiet assenjati b’superviżjoni minima.

– Rieda li j/taħdem ħinijiet irregolari, fi tmiem il-ġimgħa u f’festi pubbliċi.

– Profiċenzja fil-Microsoft Office Suite (Word, Excel, Outlook) u familjarità ma’ software marbut mal-ġestjoni tar-retail.

 

Il-Kuntratt għat-Termini tas-Servizz

Pagament: €9.10 għal kull siegħa, il-VAT eskluża.

Kuntratt: Dan hu ‘Kuntratt għal Servizz’ ta’ tliet (3) snin li jista’ jiġġedded għal sena (1) oħra.

Kuntratt: L-iskeda tax-xogħol hija fuq bażi part-time biex tissostwixxi lill-Iskrivani tal-Uffiċċju fil-qasam tas-Servizzi lill-Viżitaturi meta jkunu bil-liv ġenerali jew minħabba mard. Ħinijiet addizzjonali jistgħu jkunu neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din il-pożizzjoni, speċjalment waqt avvenimenti tal-MICAS. Ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet meħtieġa għal din il-pożizzjoni mhumiex kompatibbli ma’ xogħol minn distanza.

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tagħhom għal dawn id-dmirijiet.

Il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza mistqarra jridu jissostnew b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, u kopji tagħhom iridu jinhemżu mal-applikazzjoni flimkien mal-applikazzjoni. Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew it-testimonjanzi għandhom jintwerew għal verifikazzjoni waqt l-intervista. Ma tapplika ebda eċċezzjoni għal dan ir-rekwiżit.

Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat u eżibit fuq l-avviżiera tal-MICAS.

Il-persuni interessati għandhom jibagħtu email bl-aħħar Curriculum Vitae tagħhom, kopji taċ-ċertifikati u portafoll flimkien ma’ ittra li tispjega kif il-ħiliet u l-esperjenza tagħhom jistgħu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din is-sejħa fuq people.micas@micas.art.

 

Id-data ta’ skadenza għal applikazzjonijiet: it-Tnejn, is-6 t’Ottubru 2025.

Applikazzjonijiet li jaslu wara l-ħin u d-data ta’ skadenza ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikanti jingħataw sa jumejn (2) tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza jew jumejn (2) tax-xogħol wara notifikazzjoni, liema hija l-aktar riċenti, biex iressqu kwalunkwe dokumenti mhux korretti, mhux kompluti jew neqsin.

Skip to content