MICAS/EOI/001/2024:
Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal Servizz ta’ Kiosk tal-Kafè Mobbli fil-Malta International Contemporary Art Space (MICAS).
L-Isfond
Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddiem permezz ta’ dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja.
Il-MICAS mhux biss se jkun vetrina għall-artisti kontemporanji lokali imma wkoll se jingaġġa ma’ istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħlijiet innovattivi ta’ artisti rinomati minn madwar id-dinja.
Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih. Il-missjoni tal-MICAS hija li jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha.
Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.
L-Intenzjoni
Provvediment ta’ servizz ta’ kiosk tal-kafè mobbli fil-MICAS għal sitta u tletin (36) xahar bil-possibbiltà ta’ estensjoni tal-kuntratt għal erbgħa u għoxrin (24) xahar ieħor minn sena għal oħra.
Deskrizzjoni
Il-kiosk tal-kafè mobbli se tkun qed jopera mis-sit tal-MICAS f “Ospizio Complex”, Bieb il-Pulverista, Triq Joseph J Mangion, il-Furjana. Is-servizz għandu jingħata għal perjodu ta’ sitta u tletin (36) xahar li jibda mill-aħħar firma fuq il-kuntratt, bil-possibbiltà li jiġi estiż għal erbgħa u għoxrin (24) xahar ieħor minn sena għal oħra.
L-operatur tal-kiosk tal-kafè mobbli għandu jkun kompletament indipendenti minn kwalunkwe fornitur jew fornitur ta’ servizzi u għandu jaġixxi biss fl-interessi tal-klijent u fil-kisba tal-objettivi ddokumentati mill-MICAS.
Tressiq tal-Offerti
Dawk interessati li huma eliġibbli li japplikaw għandhom jindikaw l-interess tagħhom billi jibagħtu d-dokumenti kollha mitluba skont ir-rekwiżiti billi jibagħtu email indirizzata lil procurement@micas.art sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Frar 2025 f’ nofsinhar, u jindikaw is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni ta’ Interess (MICAS/EOI/001/2025).
Interess imressaq b’modi oħrajn ma jiġix ikkunsidrat.
Emails imressqin wara d-data ta’ skadenza għat-tressiq ma jiġux ikkunsidrati. Ma tiġi aċċettata ebda obbligazzjoni għal rifjut ta’ kwotazzjonijiet mibgħuta tard.
Din l-Espressjoni ta’ Interess ma tikkostitwixxix offerta biex tidħol f’xi kuntratt mal-MICAS. Il-MICAS, fl-ebda każ mhu se jassumi responsabbiltà għal tali spejjeż imġarrba minn offerenti prospettivi, tkun xi tkun l-imġiba jew l-eżitu tal-proċedura kompetittiva mibdija skont din l-Espressjoni ta’ Interess, inkluż il-kanċellazzjoni.
Niżżel id-dokument tal-obligazzjonijiet mill-Kuntrattur.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024