Il-MICAS qed ifittex Assistent Disinjatriċi / Disinjatur Grafiku dinamika/u u b’esperjenza biex j/taħdem mill-qrib u j/twettaq il-viżjoni u l-missjoni tal-MICAS.
Dan is-servizz se jitħallas bir-rata ta’ €12.02 kull siegħa, VAT eskuża. Dan huwa ‘Kuntratt għal Servizz’ ta’ sentejn (2), bil-possibbiltà li jiġġedded għal sena (1) oħra.
L-Isfond
Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni.
Il-MICAS mhux biss vetrina għall-artisti kontemporanji lokali imma wkoll qed jingaġġa ma’ istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħlijiet innovattivi ta’ artisti rinomati minn madwar id-dinja. Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih.
Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu l-arti kontemporanja billi noħolqu kuxjenza pubblika dwar l-importanza tagħha fil-ħajja moderna, u biex nitfgħu dawl fuq kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif ninterpretaw u nibnu d-dinja li ngħixu fiha.
Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.
Is-Servizzi Meħtieġa
L-applikant(a) magħżul(a) se j/tgħin lill-uffiċjal anzjan inkarigat mid-Disinn Grafiku u se j/tiġi assenjat(a) kompiti mill-Maniġer tal-Marketing u l-Komunikazzjoni kif ukoll mill-Kap Eżekuttiv.
Għajnuna fid-Disinn
Għajnuna Klerikali u Amministrattiva
Għajnuna Ġenerali
Il-Ħinijiet tax-Xogħol
L-applikant(a) magħżul(a) se j/tintalab j/taħdem medja ta’ erbgħin (40) siegħa fil-ġimgħa. Waqt li l-iskeda tax-xogħol hija ġeneralment f’konformità ma’ ħinijiet tal-uffiċċju standard, il-persuna magħżula tista’ tintalab taħdem sigħat addizzjonali, fosthom filgħaxija u matul tmiem il-ġimgħa, speċjalment fit-tħejjija finali għal avvenimenti jew matulhom.
Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa
Sad-data u l-ħin tal-iskadenza ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, l-applikanti jeħtieġ ikollhom:
Ħiliet Supplementari
Applikazzjonijiet
L-applikanti interessati mitluba jressqu ittra ta’ motivazzjoni, CV, u kopji attestati taċ-ċertifikati relevanti f’email indirizzat lil people@micas.art.
L-iskadenza għall-applikazzjonijiet: Tlieta, 17 ta’ Gunju 2025, sa nofsinhar (CET).
L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista.
Applikazzjonijiet li jaslu wara d-data u l-ħin tal-applikazzjoni (jiġifieri applikazzjonijiet tard) ma jiġux ikkunsidrati.
L-applikanti jingħataw sa jumejn (2) tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza jew jumejn (2) tax-xogħol wara notifikazzjoni, liema hija l-aktar riċenti, biex iressqu kwalunkwe dokumenti neqsin, mhux korretti, jew mhux kompluti.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023