Il-MICAS se jkun qed ivara l-ewwel Ċelebrazzjoni Sajfija tiegħu nhar il-21 ta’ Ġunju l-Belt. F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Valletta Cultural Agency u bl-appoġġ ta’ Heritage Malta u Spazju Kreattiv, l-attività se tinkludi taħdita dwar l-arti, projezzjoni viżiva kkurata ta’ linja taż-żmien tal-arti moderna u kontemporanja Maltija, u ċelebrazzjoni bil-mużika. Il-missjoni tal-MICAS hija li tħares lejn il-validazzjoni tal-arti kontemporanja f’Malta u l-għarfien tal-kontribut tal-artisti għall-iżvilupp ta’ idjoma kontemporanja lokali. Tfittex ukoll li tqajjem għarfien u kuxjenza kif ukoll toħloq pjattaforma għad-diskussjoni kritika dwar il-prattika tal-arti kontemporanja f’Malta u għad-dokumentazzjoni tagħha.
Id-dokumentazzjoni ta’ xogħol l-artisti u l-prattika tagħhom hija importanti għall-analiżi kritika u għall-fehim. Sikwit ikun hemm artisti li ma jiddokumentawhx jew jarkivjawh xogħolhom. Hemm bżonn jiffukaw ukoll fuq id-dokumentazzjoni jew għandhom biss ikomplu għaddejjin bl-arti tagħhom? Kemm huwa importanti li dan il-materjal ikun aċċessibbli għar-riċerkaturi u l-istudenti?
Is-serata tibda bit-tentattiv li tiġi esplorata din il-kwistjoni. Fil-MUŻA se jkun hemm taħdita dwar l-arti minn Edith Devaney, li hija l-kuratriċi tal-kontemporanju u kap tal-wirja tas-sajf tar-Royal Academy of Arts ta’ Londra. Se tkun qed tiddiskuti l-importanza tal-arkivji personali ta’ artisti prattikanti, b’eżempji mill-esperjenza tagħha fil-kurazija u r-riċerka.
Il-MICAS se tkompli tmexxi ’l quddiem id-diskussjoni dwar l-iżvilupp asinkroniku tal-idjoma kontemporanja f’Malta permezz tal-wiri ta’ linja taż-żmien viżiva u mmappjata. Din il-biċċa hija kkurata minn Katya Micallef u Georgina Portelli. Jumpstart: An Incomplete Timeline tiċċelebra l-artisti ta’ Malta bħala sawwara tat-tifsir, li jqallbu u jċaqalqu bl-innovazzjoni tagħhom.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024