Ix-xogħol Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe jinsab bejn il-kontinwità u s-separazzjoni ta’ sistemi ħajjin u interkonessi. Jinkludi skultura, xehda naħal ħajja, u sett ta’ skambji mal-flora u l-fawna ta’ madwaru.
Fl-ekosistema dinamika ta’ Wied il-Luq fil-Ġonna tal-Buskett, hemm skultura ta’ figura femminili mgħammda, bilqiegħda kokka. Rasha oskurata minn xehda b’kolonja naħal Buckfast li qegħdin fi proċess kontinwu ta’ bini u estensjoni tal-istruttura tagħhom. Dan it-tkabbir huwa possibbli biss bħala parti mill-proċess tad-dakkir tal-fjuri fiż-żona, u għalhekk il-modifikazzjoni kostanti tiegħu hija espressjoni viżibbli tat-tħabbil ta’ forma waħda ma’ mijiet, jekk mhux eluf oħra. Il-fehim, il-komunikazzjoni u l-għarfien, kollha simbolikament miżmuma fil-moħħ, hawnhekk isiru eżomoħħ f’formazzjoni bla tmiem.
Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe nkixfet waqt il-Weekend Internazzjonali tal-MICAS u ġiet organizzata mas-Serpentine Galleries ta’ Londra.
Post: Wied il-Luq, il-Ġonna tal-Buskett, limiti tas-Siġġiewi, Malta.
Ħinijiet tal-wiri: mit-Tnejn sal-Ħadd, 9:00 – 15:00 HRS.
Fil-każ ta’ maltemp, Exomind (Deep Water) se tkun mgħottija sabiex tiġi protetta d-doqqajsa ħajja.
Jekk jogħġobkom, evitaw li jkollkom fwejjaħ jew lavandi fuqkom għaliex in-naħal sensittiv għall-irwejjaħ qawwijin.
Għall-informazzjoni ċempel 21242183 jew email lil info@micas.art
Il- Weekend Internazzjonali tal-MICAS ġie organizzat bl-appoġġ ġentili tal-Air Malta , Heritage Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, id-Direttorat tar-Restawr, ERA, Ambjent Malta, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Xbiha: Exomind, 2017. Forma tal-konkrit b’xehda tax-xema’, kolonja tan-naħal, siġra tal-larinġ (Daidai), siġra tal-għajnbaqar (mnissla mit-Tobiume), pjanti, ramel, ġebel, qattus tal-Madonna, nemel, farfett, għadira tal-konkrit, għadira tal-konkrit bil-ġilji tal-ilma (mnissla minn Giverny), axolotl u insetti. Ritratt: Ichikawa u Kei Maeda. Korteżija tal-artist; Taro Nasu, Tokyo; The National Museum of Modern Art, Tokyo; u Dazaifu Tenmangu Shrine.