MICAS u Serpentine Galleries bi pjaċir iħabbru żewġ sessjonijiet ta’ taħditiet imnebbħa mir-riċerka u l-prattika tal-artist Pierre Huyghe, fl-okkażjoni tal-ftuħ ta’ xogħlu Exomind (Deep Water) f’Malta. Esperti fil-filosofija, ix-xjenza, l-antropoloġija, it-teknoloġija, l-arti u l-ekoloġija ġew mistiedna jipparteċipaw f’diskussjonijiet li jqisu x-xogħol ta’ Huyghe bħala punt ta’ tluq, biex jistaqsu: kif nistgħu nirrispondu għall-kriżi klimatika fid-dixxiplini kollha? Kif nistgħu nikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħna fid-dinja? Fejn għandna nfittxu għajnuna? Dan il-panel internazzjonali se jkun ippresedut mid-Direttur Artistiku ta’ Serpentine Galleries Hans Ulrich Obrist, u Rebecca Lewin, Kuratur tal-Wirja u d-Disinn, li ħadmet ma’ Huyghe fil-wirja riċenti tiegħu fis-Serpentine Galleries, bl-isem ta’ Uumwelt (2018).
SESSJONI 1: Bijotaħbil u diżlokazzjoni
Kelliema: Manthia Diawara, Simone Borg, Flora Katz
Ippreseduta minn: Hans Ulrich Obrist, Rebecca Lewin
SESSJONI 2: Sistemi bħala iperoġġetti, iperoġġetti bħala sistemi
Kelliema: Emanuele Coccia, Niki Young, Nora N. Khan
Ippreseduta minn: Hans Ulrich Obrist, Rebecca Lewin
Ħin: 11.30 AM — 2.00 PM Post: MUŻA, Auberge d’Italie, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta
Intom ġentilment mistiedna tirreġistraw, mingħajr ebda ħlas, billi tibagħtu email fuq info@micas.art. Jekk jogħġbok inkludi ismek, kunjomok u n-numru tal-mowbajl tiegħek fl-email ta’ reġistrazzjoni. Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ċempel fuq 21242183.
It-taħdidiet dwar l-Arti mill-MICAS qed jiġu organizzati bl-appoġġ tal-Air Malta, Heritage Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, id-Direttorat tar-Restawr, u MUŻA.