Kemi Onabulé

Kemi Onabulé (imwielda fl-1995, Londra) taħdem b’firxa wiesgħa ta’ medji, u tislet mill-wirt Grieg, Ingliż u Niġerjan rikk tagħha, fejn tippreżenta kuxjenza diversa li tinfirex mal-istorja u l-preżent filwaqt li tħares ukoll lejn il-futur. Hi tivvjaġġa tul il-pajsaġġ, u tesplora r-relazzjoni tagħna man-natura u l-problema ekoloġika attwali tagħna. Ix-xogħol juri postijiet u nies li jidhru intatti, kważi ta’ dinja oħra, armonjużi u ħaġa waħda mal-pajsaġġ li jgħixu fih.

Onabulé tislet mill-pittura ta’ nies minn kulturi antiki, u tara r-ruħ u l-bniedem b’mod aktar simboliku milli individwalistiku. Hi tespandi l-idea tal-‘kulħadd’, tal-esperjenza universali u kollettiva. Ix-xogħol tagħha spiss juri figuri f’pajsaġġi, weqfin jew mimdudin, f’foresti ħodor u pjanuri maħruqa, f’nofs weraq u dellijiet twal, ma’ muntanji u xmajjar, smewwiet u nirien selvaġġi. Spiss ikunu mimlijin bil-forzi opposti tal-misteru u l-periklu. Ix-xogħlijiet tagħha jinsabu bejn ix-xewqa u l-ironija, u jesploraw kif tlifna t-triq fir-rigward tar-relazzjoni tagħna man-natura, u jistaqsu kif nistgħu insibu triqtna lura.

Onabulé kisbet BA (Hons) fil-Belle Arti: Pittura mill-Wimbledon College of Art, Londra, ir-Renju Unit. Esebixxiet f’Londra, Berlin u Los Angeles sa mill-2015, u kienet inkluża fil-wirja Conversations fil-Walker Art Gallery, Liverpool, ir-Renju Unit. Onabulé tgħix u taħdem Londra.

Kemi Onabulé (C) Bridie O'Sullivan
Skip to content