Milton Avery kien Amerikan kwintessenzjalment oriġinali li xogħolu kiseb rikonoxximent internazzjonali kostanti mill-mewt tiegħu fl-1965. Dan ir-rikonoxximent huwa dovut ħafna għall-ispirtu indipendenti li l-pitturi madwar id-dinja identifikaw fl-istrutturi kompożizzjonali distintivi u fil-lingwaġġ kromatiku tiegħu. Madankollu, l-indipendenza ta’ Avery intrebħet mhux faċilmenet. Wieħed mill-eqreb ħbieb u protégés tiegħu, Adolph Gottlieb, osserva li għall-ġenerazzjoni ta’ artisti tiegħu stess, il-libertà li wieħed jiżviluppa idjoma vitali u ġdida għal pittur kienet inseparabbli minn dik li huwa jqis bħala l-indifferenza ġenerali tal-Amerika għar-rilevanza kulturali tal-artist. F’kitba fil-ħarġa tal-1947 ta’ Tiger’s Eye, Gottlieb innota: “L-aspett ħażin tas-separazzjoni tagħna minn rwol soċjali huwa li m’aħniex qed nintużaw mis-soċjetà tagħna … Li kieku kellna rwol soċjali, inkunu subservjenti għas-soċjetà. Il-fatt innifsu li m’aħniex qed nintużaw u li aħna iżolati … huwa dak li jagħtina l-libertà tagħna.”
Avery ħadem għal snin sħaħ f’oskurità relattiva sa minn kmieni fil-karriera tiegħu, u forsi għax hu stess kien ixejjen kwalunkwe gost li wieħed is-soltu jieħu meta tirbaħ l-approvazzjoni tas-soċjetà; madankollu, sa fl-aħħar kien dak li fassal stil tant oriġinali li wasal biex jasserixxi l-verità evidenti tiegħu stess. L-ewwel kuntatti tiegħu ma’ pitturi tal-Pastorale Amerikan bħal John Henry Twachtman u Ernest Lawson għenuh jidentifika tip ta’ trattament ġentili ħafna għaż-żebgħa, li baqa’ miegħu tul l-assimilazzjoni dejjem aktar sofistikata tiegħu ta’ tropi moderni ta’ kompożizzjoni u forma. Din il-wirja rfinata tiġbor flimkien xogħlijiet eżemplari ta’ Avery ta’ temi figurali u tal-pajsaġġ, filwaqt li tippreżenta wkoll grupp perċettiv ta’ artisti kontemporanji internazzjonali li għalihom Avery wera li huwa influenza essenzjali.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023