Il-Weekend Miftuħ tal-MICAS huwa ċelebrazzjoni ħajja li tlaqqa’ l-arti, l-istorja, in-natura, u l-logħob. Dan kollu huwa mfassal b’mod li jippermetti lill-viżitaturi ta’ kull età japprezzaw il-kampus storiku uniku u l-ispazji ta’ barra tal-mużew. Matul il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’tours arkittetoniċi u storiċi ma’ gwida. Se jkunu jistgħu wkoll jinvolvu ruħhom f’attivitajiet kreattivi u edukattivi, kif ukoll ispirati min-natura. It-tfal se jkollhom esperjenzi prattiċi lesti għalihom. Dawn kollha se jittellgħu fil-ġonna u ż-żoni ta’barra tal-mużew.
Il-Weekend Miftuħ tal-MICAS jirrifletti l-impenn tal-MICAS għall-komunità, it-tagħlim permezz tal-kreattività, u esperjenzi kulturali inklużivi. Huwa weekend li se joffri xi ħaġasinifikanti lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.
7–8 ta’ Marzu 2026
10:00 – 18:00hr
Dħul, tours u attivitajiet b’xejn għal kull eta’.
Attivitajiet Edukattivi
Sfida: Ditektiv tal-Forom
Ħalli l-Mark Tiegħek: Tila Kollettiva
Avery fl-Azzjoni
Nesploraw il-Kuluri u l-Forom
Attivitajiet tal-Pjanti
Tfittxija għall-Pjanti
Tiżrigħ taż-Żrieragħ
Siġra tax-Xewqat
Tours
Tour tal-Esebizzjonijiet tal-MICAS
Tour tal-Arkitettura Storika tal-MICAS u l esebizzjoni Lil Hinn mis-Swar
Reading Sessions (These sessions need to be confirmed)
Is-Sibt: 10:30am u 3:00pm
Il-Ħadd: 11:00am u 4:00pm
Logħob ieħor
Giant Jenga
Giant Chess
4-in-a-Line
Caterpillar


