Il-MICAS qed isejjaħ għal applikazzjonijiet minn kandidati addattati biex jaqdu d-dmirijiet ta’ Uffiċjal Anzjan tal-Marketing u l-Pubblikazzjonijiet. Din il-pożizzjoni hija fuq bażi full-time u hija suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il xahar (12).
L-Uffiċjal Anzjan tal-Marketing u l-Pubblikazzjonijiet jirrapporta lill-Eżekuttiv tal-Marketing u l-Komunikazzjoni, id-Direttur Artistiku, u l-Kap Eżekuttiv. Huwa jeħtieġ jaħdem fuq il-pubblikazzjonijiet tal-MICAS, jikkordina u jqassam l-istqarrijiet pubbliċi, u jħejji u jimplimenta l-kampanji tal-marketing. Dan ir-rwol huwa qabelxejn prattiku u jeħtieġ ħidma f’tim.
Il-Pubblikazzjonijiet u l-Katalgi tal-Wirjiet
Relazzjoni mal-Istampa u l-Midja
Marketing u Komunikazzjoni tal-Brand
Żvilupp tal-Udjenza
Ġestjoni tal-Proġetti u l-Baġit
JEW
JEW
Is-salarju annwali marbut mal-pożizzjoni ta’ Uffiċjal Anzjan tal-Marketing u l-Pubblikazzjonijiet huwa ta’ €27,318 skont il-klassifikazzjoni ta’ Grad 6 tal-istruttura tal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi. Is-salarju jitla’ b’€447 kull sena sa massimu ta’ €30,000 (skont ir-rati tal-2025).
L-applikant magħżul huwa intitolat għal bonus tal-prestazzjoni li jista’ jitla’ sa massimu ta’ 10% tas-salarju annwali u entity class allowance ta’ €750 kull sena li huwa parti mill-pakkett finanzjarju.
Il-kwalifiki u l-esperjenza mistqarra għandhom jiġu sostnuti b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, u kopji tagħhom iridu jinhemżu mal-applikazzjoni flimkien ma’ Curriculum Vitae ddettaljata, ittra u fejn applikabbli għandha tiġi inkluża wkoll il-Formola tas-Servizz u l-Liv (GP 7). Dawn għandhom jintbagħtu lill-Maniġer tar-Riżorsi Umani permezz ta’ email indirizzata lil people@micas.art sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, it-22 ta’ Diċembru 2025 f’nofsinhar (CET).
Ċertifikati oriġinali u/jew testimonjanzi għandhom dejjem jiġu ppreżentati għal verifikazzjoni waqt l-intervista.
F’każ ta’ impjegati fis-servizz jew is-settur pubbliku, dawn għandhom jippreżentaw ir-rekords tal-liv imħallas/mhux imħallas u r-rekords tal-liv minħabba mard ta’ dawn l-aħħar erba’ (4) snin, u jinkludu kwalunkwe rekord ta’ azzjonijiet dixxiplinarji li setgħu ttieħdu kontrihom (nuqqas ta’ dawn ir-rekords jimplika li ebda azzjoni dixxiplinarja ma qatt ittieħdet kontrihom).
Kull applikazzjoni li tasal tiġi rrikonoxxuta bi rċevuta.
L-applikanti eliġibbli jissejħu għal intervista mill-Bord tal-Għażla biex jiġi vverifikat kemm huma addattati biex jaqdu dawn id-dmirijiet imsemmija.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023