Edith Devaney
Edith Devaney. Photo: James Bianchi, MaltaToday

Edith Devaney: ‘Il-programm artistiku tal-MICAS irid ikunu b’saħħtu daqs kwalunkwe programm imtella’ Londra, Pariġi jew New York’

Id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney intervistata dwar il-wirja ‘L-Ispazju li Ngħammru fih’ kif ukoll ir-retrospettiva Milton Avery iktar tard din is-sena

Play Video about Edith Devaney
Id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney ġiet intervistata mill-gazzetta Maltija MaltaToday dwar diversi suġġetti, fosthom dwar il-karriera tagħha fir-Royal Academy of Arts ta’ Londra, ir-relazzjoni twila tagħha ma’ David Hockney, u l-mira tagħha għal-eċċellenza fil-MICAS sabiex tinġibed l-attenzjoni tad-dinja internazzjonali tal-arti lejn Malta.
U l-viżjoni artistika tagħha ma setgħetx tkun aktar ċara.  “Meta nvaraw l-wirjiet tagħna hawnhekk, il-programm għandu jkun b’saħħtu daqs li kieku kien programm li se nwassal f’Londra, f’Pariġi jew fi New York. Għandu jkun tajjeb daqs dawn,” qalet Devaney lil Nicole Meilaq hekk kif poġġiet għal din l-intervista fil-MICAS.
Dan l-impenn għall-eċċellenza japplika kemm meta jinġiebu artisti internazzjonali f’Malta, kif ukoll biex jintwerew artisti Maltin. Devaney tgħid li trid iġġib artisti Maltin li qed joperaw bi standard partikolari ta’ eċċellenza fil-MICAS, biex tipprovdilhom tieqa fuq il-bqija tax-xena tal-arti globali.
It-tieni wirja tal-MICAS hija xhieda ta’ dan. L-Ispazju li Ngħammru Fih, li jitnieda nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju, se jinkludi xogħlijiet minn sitt artisti Maltin stabbiliti – Caesar Attard, Vince Briffa, Austin Camilleri, Joyce Camilleri, Anton Grech u Pierre Portelli. “Dak li kont qed infittex huma artisti Maltin li kienu biss fil-quċċata tas-sengħa tagħhom u li kienu qed joħolqu xogħol ta’ tali interess u sinifikat li l-maġġoranza tagħhom diġà għandhom rikonoxximent internazzjonali,” qalet Devaney.
L-għażla għal wirjiet u mhux kollezzjonijiet fil-MICAS se tagħti viżibbiltà lill-ispazju, kif ukoll rilevanza għall-bidliet soċjali, mudell li Devaney temmen li se jintlaqa’ tajjeb u jippermetti lill-mużew jirreaġixxi għax-xejriet tal-arti kontemporanja, bħal ħafna istituzzjonijiet oħra li joperaw b’mod simili.
L-arkitettura unika tal-mużew tgħin biex taqdi din il-funzjoni. L-ispazju, li jinsab f’forti enormi tas-seklu 17, jintegra l-antik mal-ġdid filwaqt li jippreżenta sfida kreattiva.
“Meta għal-ewwel pruvajt nieħu qies tal-madwar fil-galleriji, irrid nammetti li kelli mument ta’ paniku żgħir. Qatt ma ħdimt fi spazju li mhuwiex kubu abjad.” Iżda dak li beda bħala sfida nbidel f’sors ta’ ispirazzjoni għall-artisti internazzjonali u lokali. “L-ispazju fil-fatt ispirahom biex jaħsbu dwar kif jagħmlu xogħol ġdid biex jimlewh, u kif jiġbru l-kollezzjoni tagħhom biex jintwera hawnhekk. Dawn l-affarijiet infurmaw il-mod kif inħossni jien dwar dan l-ispazju.”
Wirja oħra li se titnieda aktar tard fis-sena hija waħda li tiċċelebra l-modernist Amerikan Milton Avery u l-influwenza kontemporanja tiegħu. Devaney tgħid li din se tkun wirja kbira kullimkien – Avery huwa kolorist modernist importanti li l-influwenza tiegħu fuq artisti oħra kienet profonda, b’mod partikolari fuq figuri bħal Mark Rothko, Barnett Newman, u Adolph Gottlieb.
Devaney, li s-suġġett tagħha huwa l-espressjoniżmu astratt, targumenta li l-influwenza ta’ Avery fuq il-pittura tal- kulur kienet tali li l-espressjoniżmu astratt seta’ jiżviluppa b’mod differenti mingħajr Avery.
Il-wirja se tinkludi grupp ta’ pitturi ta’ Avery, speċifikament ftit aktar minn 20 xogħol li jkopru l-karriera kollha tiegħu. Il-wirja se tinkludi wkoll tweġiba artistitika minn seba’ artisti kontemporanji internazzjonali mill-Ewropa u l-Amerika, inkluża bintu March Avery, li kull wieħed minnhom se juri madwar tliet pitturi.
Skip to content