In-Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 958/2024
Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddiem meta jiġi varat dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja.
Il-MICAS infetaħ f’Ottubru tal-2024. Il-MICAS mhux biss se jkun vetrina għall-artisti kontemporanji lokali iżda se jikkollabora wkoll ma’ istituzzjonijiet internazzjonali globali biex jippreżenta xogħlijiet rivoluzzjonarji minn artisti prestiġġjużi minn madwar id-dinja.
Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih. Il-missjoni tal-MICAS hija li jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha.
Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.
Is-Servizzi Meħtieġa:
Il-MICAS qiegħed isejjaħ għal applikazzjonijiet minn kandidati xierqa biex jaqdu d-dmirijiet ta’ Assistent(a) fil-Qasam tar-Retail kif imniżżel hawn isfel. Din il-pożizzjoni hija fuq bażi full-time u hija suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
Il-persuna magħżula se tirrapporta lill-Maniġer tar-Retail, il-Kontrollur Finanzjarju, u l-Kap Eżekuttiv. Se tkun meħtieġa tassisti lill-Maniġer tar-Retail fil-ħanut tal-MICAS, taqdi lill-klijenti, tieħu ħsieb il-merkanzija, tipproċessa t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ, tissorvelja lill-klijenti fil-ħanut u ssolvi kwistjonijiet tal-klijenti.
Id-Dmirijiet u Responsabbiltajiet Ewlenin:
Il-Ħinijiet tax-Xogħol:
L-iskeda tax-xogħol hija fuq bażi ta’ xift sa massimu ta’ tletin (30) siegħa fil-ġimgħa. Il-persuna magħżula tista’ tintalab taħdem filgħaxijiet, fi tmiem il-ġimgħa, u festi pubbliċi.
Ħinijiet addizzjonali jistgħu jkunu neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din il-pożizzjoni, speċjalment waqt avvenimenti tal-MICAS. Ir-responsabbiltajiet u l-interazzjonijiet meħtieġa għal din il-pożizzjoni mhumiex kompatibbli ma’ xogħol minn distanza.
Is-salarju annwali marbut mal-pożizzjoni huwa ta’ €13,852.80, skont Grad 8 tal-Klassifikazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi u l-istruttura tas-salarju titla’ b’żieda annwali ta’ €317 sa massimu ta’ €15,276.75.
L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tagħhom għal dawn id-dmirijiet.
Ir-Rekwiżiti għal Eliġibbiltà:
Sad-data u l-ħin ta’ skadenza ta’ din l-espressjoni ta’ interess, il-kandidati jrid ikollhom:
Il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza mistqarra għandhom jiġu sostnuti b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, u kopji tagħhom iridu jinhemżu mal-applikazzjoni flimkien ma’ Curriculum Vitae ddettaljata, ittra u fejn applikabbli għandha tiġi inkluża wkoll il-Formola tas-Servizz u l-Liv (GP 7). Dawn għandhom jiġu indirizzati lill-Maniġer tar-Riżorsi Umani permezz ta’ email fuq people@micas.art sa mhux aktar tard minn nhar it–Tnejn, it-2 ta’ Diċembru f’nofsinhar (CET).
Ċertifikati oriġinali u/jew testimonjanzi għandhom jiġu ppreżentati mingħajr ebda eċċezzjoni għal verifikazzjoni waqt l-intervista.
F’każ ta’ impjegati fis-servizz jew is-settur pubbliku, dawn għandhom jippreżentaw ir-rekords tal-liv imħallas/mhux imħallas u r-rekords tal-liv minħabba mard ta’ dawn l-aħħar erba’ (4) snin, u jinkludu kwalunkwe rekord ta’ azzjonijiet dixxiplinarji li setgħu ttieħdu kontrihom (nuqqas ta’ dawn ir-rekords ifisser li ebda azzjoni dixxiplinarja ma qatt ittieħdet kontra l-kandidati).
Kull applikazzjoni li tasal tiġi rrikonoxxuta bi rċevuta
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024